Juventus se jkunu qed jirsistu sabiex iġibu lura lill-midfielder Nicolo Rovella. Dan tal-aħħar għandu 21 sena u hu proprjeta’ tal-klabb Bianconero iżda misluf lil Monza.
Id-diriġenti Juventini jridu jinvestu f’dan il-plejer li skont huma kiseb esperjenza notevoli kemm ilu jilgħab fis-serie A ma’ Monza.
Barra minn hekk, ġie kkonfermat li Leandro Paredes, li jinsab misluf mingħand PSG, se jkun qed iħalli lil Juventus fl-aħħar ta’ dan l-istaġun. Eventwalment, Rovella se joħodlu postu.