Juventus qed jipproponu lill-istilla Torka Kenan Yildiz kuntratt sa Ġunju 2030. Dan il-plejer spikka ferm mal-Bianconeri f’dawn l-aħħar sentejn u qed jitqies bħala l-pedament ewlieni fuq li i Bianconeri qed jibnu l-futur tagħhom.
Il-plejer, imwieled fl-2005, ġie meqjus bħala indispensabbli mill-amministraturi Comolli u Modesto, u għalhekk il-klabb saħaq b’mod ċar li ma jħallihx jitlaq.
Dan kollu qed iseħħ minkejja li Arsenal u Chelsea kienu u għadhom ifittxu l-firma tiegħu.