Tuesday, December 24, 2024

Juventus jirreġistraw telf ta’ aktar minn €500 miljun

Aqra wkoll

Matul dawn l-aħħar tliet snin, Juventus irreġistraw telf ta’ madwar €534 miljun, iżda madankollu rnexxielhom iżommu l-vapur f’wiċċ l-ilma, f’Turin.

Nhar il-Ġimgħa l-Bianconeri kellhom laqgħa tal-bord tad-diretturi li fiha ħabbru telf ta’ €254.3 miljuni għas-sena finanzjarja 2021-22, żieda qawwija meta mqabbla mat-telf ta’ € 209.9 miljuni mħabbra s-sena ta’ qabel.

Juventus sofrew telfiet matul l-aħħar ħames snin konsekuttivi u l-pandemija tal-coronavirus ovvjament kellha rwol kbir f’dan, għalkemm daħlu wkoll fatturi oħra.

Rapporti jispjegaw fid-dettall kif Juventus wettqu rikapitalizzazzjoni ta’ €300 miljun fl-aħħar tal-2019 u aktar injezzjonijiet finan­zjarji waslu f’Diċembru tas-sena li għaddiet, meta ġew ippumpjati €400 miljun  fil-club biex jiġu restawrati l-assi (€169 miljun f’Ġunju, 2022) u tnaqqas id-dejn (€153 miljun nett f’Ġunju 2022).

Il-Bianconeri rnexxielhom inaqqsu d-dejn tagħhom mill-2019, meta ċ-ċifra kienet ta’ €464 miljun.

L-appoġġ stabbli ta’ Juventus ippermettilhom jinnavigaw f’dawn “l-ibħra diffiċli” filwaqt li jżommu rashom ‘il fuq mill-ilma, iżda jidher ċar li l-affarijiet ma jistgħux ikomplu sejrin hekk għal dejjem.

Ekonomija

Sport