Sunday, December 22, 2024

Juventus jirtiraw l-appell finali tal-Calciopoli

Aqra wkoll

Juventus abbandunaw formalment l-aħħar appell tagħ­hom kontra l-verdett ta’ Calciopoli, u poġġew siġill fuq il-kwistjoni li ilha tkaxkar għal 17-il sena.

Kien diġà ġie rrappurtat li l-club kien se jwarrab l-aħħar azzjoni legali, li kienet qed tipprova tirbaħ ‘il fuq minn €443 miljun f’danni.

Juventus kienu ġew relegati fis-Serie B fl-2006 u kellhom żewġ titli tas-Serie A revokati, u għalhekk l-edizzjoni tal-2004-05 baqgħet mhux assenjata, filwaqt li t-trofew tal-2005-06 ingħata lil Inter li spiċċaw fit-tielet post.

Dan għaliex Milan, li temmew it-tieni dik is-sena, ukoll tnaqqsulhom punti fl-iskandlu, flimkien ma’ Lazio, Fiorentina u Reggina.

Kollha ġew sanzjonati għal ‘illegalità strutturata’ li kienet tinvolvi pressjoni fuq in-nominatur tar-referees biex jassenja ċerti referees għal logħob partikolari.

Ħadd qatt ma ġie akkużat formalment bi tgħabis ta’ partiti u r-referees kollha nfushom tneħħew minn kull att ħażin bl-eċċezzjoni ta’ Massimo De Santis.

Juventus kienu ressqu l-appelli wara li fl-2010 ħarġet    evidenza li Inter kienu wkoll għamlu telefonati simili lid-disinjatur tar-refeeing permezz tal-president Giacinto Facchetti, iżda eventwalment ma ntużatx fil-provi oriġinali ta’ Calciopoli.

Ekonomija

Sport