Sunday, November 24, 2024

Juventus jirtiraw formalment mis-Super League Ewropew

Aqra wkoll

Juventus ħabbru formalment li qed joħorġu mill-proġett tas-Super League Ewropew, u b’hekk ħallew lil Real Madrid u Barcelona biss marbuta mal-proġett, f’ġest ta’ rieda tajba lejn il-UEFA.

Dan kien fil-pjan minn stqarrija maħruġa fis-6 ta’ Ġunju, meta l-club tas-Serie A kien diġà kkonferma li kienu qed jidħlu f’perjodu ta’ konfront ma’ Real Madrid u Barcelona u jikkunsidraw il-ħruġ tagħhom.

Nhar il-Ħamis filgħaxija ħarġet stqarrija oħra għall-istampa li kkonfermat li Juventus ‘bdew il-proċeduri biex joħorġu’ mill-proġett tas-Super League.

Dan jimmarka t-tmiem tal-era Andrea Agnelli, hekk kif l-eks president kien il-mutur tal-pjani tas-Super League, li prattikament kienu ħarġu minn imkien fuq il- UEFA, il-FIFA u f’ħafna każi coaches u players tal-clubs involuti.

Il-proġett kollu waqa’ fi 72 siegħa meta kulħadd ħlief Juventus, Real Madrid u Barcelona abbandunawh u ffirmaw wegħda ta’ lealtà lejn il-UEFA.

Minn dak inhar, Agnelli rriżenja minn president ta’ Juventus wara skandlu ta’ qligħ kapitali li ra lill-club jiġi kastigat 10 punti tas-Serie A u x’aktarx li jaċċetta ‘l-ħtija’ mal-UEFA biex dan l-istaġun jiġi eskluż mill-Conference League minħabba vjolaz­zjonijiet tal-Financial Fair Play.

L-addio ta’ Agnelli u t-teħid mill-kuġin tiegħu, John Elkann, jippermetti lil Juventus javviċinaw lill-UEFA u jħallu dak il-perjodu warajhom, u għalhekk il-ħruġ mis-Super League jitqies bħala ġest ta’ rieda tajba lejn il-korp tal-football Ewropew.

“Saret referenza għall-kommunikazzjoni preċedenti tagħna datata 6 ta’ Ġunju 2023, li fiha Juventus ħabbru l-bidu ta’ perjodu ta’ konfront ma’ Real Madrid u FC Barcelona, clubs li s’issa ma kienux ħabbru l-intenzjoni tagħhom li joħorġu mill-proġett Super League, kontra d-deċiżjoni proposta ta’ Juventus li joħorġu mill-imsemmi proġett,” tgħid l-istqarrija.

“Wara dawn id-diskussjonijiet, u meta nieħdu inkonsiderazzjoni d-diskrepanzi eżistenti dwar l-interpretazzjoni tal-klawsoli kuntrattwali relattivi applikabbli għall-Proġett Super League, Juventus jikkonfermaw li bdew il-proċeduri biex joħorġu minnu, iżda jirrikonoxxu wkoll li, skond il-klawsoli kuntrattwali applikabbli, il-ħruġ tagħhom se jitlesta u jkun effettiv biss jekk awtorizzat qabel minn Real Madrid, FC Barcelona u l-clubs li fadal involuti fil-proġett tas-Super League.”

Sport