Sunday, December 22, 2024

Juventus jittamaw li jakkwistaw lil Paul Pogba għall-prezz imnaqqas

Aqra wkoll

Jidher li Juventus jinsabu bit-tama li jakkwistaw lil Paul Pogba għall-prezz imnaqqas mingħand Manchester United f’Jannar.

Ir-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja tal-2018 għadu ma mpenjax ruħu għal ftehim ġdid f’Old Trafford u għandu jsir free agent fi tmiem l-istaġun kurrenti.

Rapport riċenti indika li Manchester United kienu għadhom qed jistennew id-deċiżjoni ta’ Pogba rigward ftehim ġdid, iżda huwa maħsub li l-internazzjonali ta’ Franza qiegħed ixaqleb lejn li jibqa’ fil-club bidu pożittiv tal-istaġun.

Madankollu, Juventus iridu jtemmu ftehim għall-ex player tagħhom sa Jannar, anke jekk jista’ jkun hemm il-possibbiltà li jakkwsitaw lil Pogba bi free transfer fis-sajf.

L-aġent ta’ Pogba, Mino Raiola, riċentement sostna li ritorn lejn Turin jista’ jkun fuq il-karti għall-klijent tiegħu, għalkemm id-direttur sportiv ta’ Juventus, Federico Cherubini ċaħad ir-rapporti li stipulaw li l-midfielder seta’ jirritorna jilgħab l-Italja.

Il-player ta’ 28 sena kien irreġistra 34 goal u pprovda 40 assist f’178 logħba għall-Bianconeri qabel ma rritorna ma’ Manchester United fl-2016, u Real Madrid jibqgħu jiġu kkreditati b’interess fis-servizzi tiegħu.

Ekonomija

Sport