Juventus komplew il-preparamenti tagħhom fi Greenbrier biex jippreparaw aħjar għal-logħba kontra Wydad AC fit-tazza tad-dinja tal-klabbs bil-partita li se tintlagħab f’Philadelphia. Waqt is-sessjoni tal-bieraħ il-plejers iffukaw fuq xogħol tattiku.
Sadanittant, Juventus jixtiequ jżommu lil Randal Kolo Muani u Francisco Conceiao anke għall-istaġun 2025/26. Intant, il-klabb reġa’ qed jikkunsidra lil Jadon Sancho, waqt li qed isegwi wkoll lid-difensur Nayef Aguerd ta’ West Ham, b’possibilità ta’ skambju ma’ Daniele Rugani.