Juventus offrew lil Paul Pogba kuntratt li jiswa €9m kull staġun flimkien ma’ bonuses biex jirritorna mal-Bianconeri bi free transfer dan is-sajf.
Il-ftehim tal-internazzjonali Franċiż ma’ Manchester United għandu jiskadi fl-aħħar ta’ Ġunju, u mhux probabbli li jkun qed jiffirma estensjoni mar-Red Devils.
Real Madrid u Paris Saint-Germain kienu marbuta b’mod qawwi mar-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja tal-2018, iżda Juventus jidhru li qed jitqiesu bħala l-favoriti biex jerġgħu jiffirmaw lill-ex player tagħhom.
Huwa mifhum li Juvsntus offrew lir-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja tal-2018 ftehim li jiswa €9m kull staġun flimkien ma’ bonuses fir-reġjun ta’ €3m.
Jidher li n-negozjati bejn iż-żewġ partijiet ‘miexjin b’ħeffa’, u dalwaqt jista’ jkun hemm ftehim biex il-midfielder jirritorna Turin.
Il-player ta’ 28 sena qabel irrappreżenta lit-Taljani bejn l-2012 u l-2016, fejn rebaħ erba’ titli tas-Serie A u żewġ trofej tal-Coppa Italia qabel ma rritorna ma’ Manchester United.
Il-coach ta’ Juventus Massimiliano Allegri dan l-aħħar wieġeb għal suġġerimenti li l-club tiegħu huwa ħerqan li jerġa’ jiffirma lil Pogba bi free transfer dan is-sajf.