Fis-sigħat li ġejjin Juventus mistennija jħabbru l-wasla tal-midfielder offensiv Olandiż ta’ Barcelona, Memphis Depay.
Wara ġimgħa ta’ negozjati mad-diriġenti Katalani, Depay ġie mġiegħel ukoll biex inaqqas is-salarju tiegħu jekk ried jibqa’ jilbes il-flokk aħmar u blú.
Ovvjament, ir-risposta tiegħu kienet fin-negattiv biex intlaħaq ftehim bejn iż-żewġ partijiet biex il-player ta’ 28 sena jħalli l-club. B’hekk huwa se jkun lagħab għal staġun wieħed biss fin-Nou Camp wara li ngħaqad magħhom mingħand Olympique Lyon.
Għad mhux magħruf is-somma li se jħallsu l-Bianconeri iżda jidher li ntlaħaq ftehim.
Bit-tluq ta’ Depay, issa Barcelona se jkun jistgħu jiffirmaw lil Jules Kounde.