Sunday, November 3, 2024

Juventus mistennija jħabbru telf ta’ aktar minn €240m għall-istaġun 2021-22

Aqra wkoll

Juventus mistennija jħabbru telf ta’ aktar minn €240m għall-istaġun 2021-22.

Ir-rapport semestrali ta’ Exor ikkonferma telf ta’ €132m għall-ġganti tas-Serie A minn Jannar sa Ġunju 2022. Meta wieħed iqis li Juventus għalqu l-ewwel sitt xhur tas-sena finanzjarja b’telf ta’ €119m, il-Bianconeri għandhom iħabbru telf ta’ kważi €250m għall-2021-22.

Exor hija l-holding company li tappartjeni lill-familja Agnelli-Elkann li għandha sehem ta’ maġġoranza (63.8%) fil-club.

L-azzjonisti ta’ Juventus se jinġabru bejn is-16 u t-23 ta’ Settembru biex japprovaw ir-riżultati ekonomiċi tal-club għall-istaġun 2021-22.

Sport