Tuesday, October 8, 2024

Juventus mistennija jirrilaxxaw lil Paul Pogba

Aqra wkoll

Id-direttur sportiv ta’ Juventus Cristiano Giuntoli kien qed jitkellem dwar il-plejer ta’ nofs il-grawnd Franċiż Paul Pogba u s-sospensjoni kontra d-doping li tnaqqsitlu.

L-eks direttur sportiv ta’ Napoli ikkonferma li bħala klabb se jippruvaw jiltaqgħu mal-istess Pogba sabiex jiġi rilaxxjat u b’hekk ukoll jiġi xolt mill-kuntratt eżistenti li għandu.

Giuntoli qal li l-plejer ta’ 31 sena ilu nieqes mil-logħob u għalhekk fiżikament ma jinsabx fl-aqwa kundizzjoni possibbli.

Giuntoli temm jgħid li jkun aħjar li l-eks plejer ta’ Manchester United jibda karriera ġdida x’imkien ieħor. Fil-fatt diversi klabbs Amerikani qed ifittxu li jiksbu l-firma tiegħu

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport