Juventus ingħataw għeluq parzjali tal-ground għal partita wara li l-partitarji abbużaw b’mod razzjali lill-attakkant ta’ Inter, Romelu Lukaku, li kien suġġett għal kant razzist qabel ma tkeċċa fid-draw ta’ Inter 1-1 fil-ewwel leg tal-Coppa Italia ma’ Juventus nhar it-Tlieta.
Is-Serie A ddeċidiet li l-livell t’isfel tas-South Stand tal-Allianz Stadium se jkun magħluq għal-logħba tal-kampjonat ta’ Juventus kontra Napoli fit-23 ta’ April, wara kant razzist “mill-maġġoranza tal-partitarji” li qagħdu f’dik it-taqsima qabel u waqt il-penalty ta’ Lukaku fil-ħin mogħti żejjed.
It-tliet players li tkeċċew f’din il-logħba, Lukaku, Juan Cuadrado u Samir Handanovic, ġew sospiżi logħba kull wieħed.