Hekk kif Juventus qed jistennew x’se jagħmel id-direttur sportiv Federico Cherubini dwar jekk jibqax jew le f’din il-kariga, l-ogħla awtoritajiet tal-klabb mhux joqogħdu idhom f’idhom hekk kif qed ifittxu persuna oħra li jista’ jimla din il-kariga.
Bosta ġurnali Taljani kkwotaw li i Bianconeri se jkunu qed jaħtru lil Frederic Massara li bħalissa hu d-direttur sportiv ta’ AC Milan. Isem ieħor li qed jissemma’ hu Pablo Longoria li għalih jaf ikun ritorn ma’ dan il-klabb wara li għamel żmien bħala scout.