Qabel tmiem il-ġimgħa li għadda kollox kien qed jindika li Juventus kienu se jiffirmaw lill-attakkant internazzjonali Olandiż ta’ Barcelona, Memphis Depay.
Iżda issa qed jikkunsidraw li ma jiffirmawhx. Dan minħabba li qed jitlob kuntratt ta’ sentejn li fih irid jaqla’ salarju eċċessiv ta’ €7 miljuni kull staġun minbarra bonuses oħra.
Il-coach tal-Bianconeri, Massimiliano Allegri, sostna li se jiddeċiedi jekk jingaġġax lil dan il-player minħabba li jġib żbilanċ fost il-players.
Min-naħa ta’ Barcelona, dawn iridu li Depay iħalli l-club biex ikunu jistgħu jirreġistraw lid-difensur Franċiż, Jules Kounde.
Minkejja li akkwistawh f’dan is-sajf il-Katalani għalissa ma jistgħux jirreġistrawh minħabba l-problema tal-Financial Fair Play.