Monday, September 23, 2024

Juventus qed jimmoniterjaw player żagħżugħ Urugwajan

Aqra wkoll

Hi ċara daqs il-kristall li Juventus se jkunu qed imorru għall-plejers żgħażagħ matul l-istaġun li ġej anke għax mhux se jipparteċipaw fil-UEFA Champions League tal-istaġun li ġej.

L-aħħar isem li qed jissemma’ hu dak tal-plejer Urugwajan Alan Matturro li diversi skawts tal-klabb kellhom iċ-ċans imorru jarawh waqt it-tazza tad-dinja ta’ taħt l-20 sena li saret il-ġimgħa l-oħra.

Matturro għad għandu biss 20 sena iżda qed juri kwalitajiet ferm tajbin fid-difiża li jistgħu jwasslu sabiex i Bianconeri jmorru għalih.

Sport