Juventus jinsabu quddiem Chelsea fit-tellieqa biex jiffirmaw lill-midfielder ta’ Monaco, Aurelien Tchouameni.
Iż-żagħżugħ ta’ 21 sena deher fit-tliet logħbiet kollha ta’ Franza waqt il-waqfa internazzjonali, waqt li diġà kien deher fi tmien okkażjonijiet għal Monaco fil-bidu tal-istaġun 2021-22.
Chelsea kienu marbuta sew mal-midfielder matul it-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf, u huwa maħsub li l-Blues jistgħu jerġgħu jqajmu l-interess tagħhom fih fl-2022.
Madankollu, Juventus jinsabu favoriti għall-Franċiż, li fadallu tliet snin fil-kuntratt tiegħu mal-club tiegħu tal-Ligue 1.
Tchouameni – li kien marbut ukoll ma’ Manchester United matul is-sajf – skorja erba’ goals u rreġistra daqstant ieħor ammont ta’ assists fi 53 dehra għal Monaco fil-kompetizzjonijiet kollha.
Chelsea fl-aħħar saħħew il-midfield tagħhom matul is-sajf bl-akkwist ta’ Saul Niguez, li ngħaqad b’self inizjali ta’ sena mingħand Atletico Madrid.