Juventus jinsabu ferm viċin li jirbħu t-taqtiegħa għall-midfielder internazzjonali Arġentin ta’ Paris St-Germain, Leandro Paredes.
Il-Bianconeri jridu jgħaġġlu l-proċess tat-trasferiment biex sa tmiem il-ġimgħa jilħqu jiksbu l-firma tiegħu.
Huwa se jingħaqad b’self għal sena b’għażla ta’ kuntratt permanenti.
B’hekk jidher li l-Bianconeri se jegħlbu l-isfida ta’ Roma li qed ifittxu midfielder wara li dak Olandiż, Georgino Wijnaldum, kiser siequ u se jdum barra mill-azzjoni sa Jannar li ġej.