Riċentament, kaċċatur fl-Afrika affaċċja kritika qawwija wara li qatel l-ikbar iljunfant li qatt kien ikkaċċjat b’mod professjonali f’Botswana f’dawn l-aħħar 26 sena, għas-somma ta’ $50,000.
Leon Kachelhoffer, li huwa kaċċatur professjonali, jaqla’ l-għajxien tiegħu billi jitħallas minn nies differenti minn madwar id-dinja sabiex isib u eventwalment joqtol uħud mill-iktar annimali perikolużi tal-Afrika.
L-iljunfant li nqatel riċentament huwa magħruf bħala “big tusker” jew “hundred pounder” minħabba l-kobor tiegħu u għax kellu snienu twal bil-ponta. Kachelhoffer, iddeskriva l-ikkaċċjar ta’ dan l-ilfunjant bħala “privileġġ inkredibbli” li fl-istess waqt iġib miegħu ħafna rimors u dwejjaq.
Huwa argumenta li l-kaċċa tgħin sabiex tirriġenera l-ekonomija billi jinħolqu xogħlijiet u jiġi provdut l-ikel għan-nies tal-lokal. Skont mhu rrappurtat, is-sena li għaddiet l-ikkaċċjar tal-iljunfanti ħalla s-somma ta’ $2.7miljun fl-ekonomija tal-pajjiż.
Min-naħa l-oħra, l-attivisti li għandhom għal qalbhom il-ħarsien tal-annimali jgħidu li għandha tingħata prijorità lill-popolazzjoni tal-annimali u mhux lill-flus li jistgħu jiġu ġġenerati mill-qtil tagħhom għaliex jeżistu mezzi oħrajn li jgħinu fl-ekonomija tal-pajjiż.