Il-coach ta’ Napoli Luciano Spalletti insista li d-difensur Kalidou Koulibaly mhux għall-bejgħ fost rabtiet ma’ Barcelona u Chelsea.
Il-player ta’ 30 sena qatta’ dawn l-aħħar tmien snin mal-club tas-Serie A iżda dalwaqt se jkun qed jidħol fl-aħħar sena tal-kuntratt tiegħu.
L-aġent ta’ Koulibaly huwa maħsub li kien qed jirsisti bis-sħiħ biex il-klijent tiegħu jingħaqad ma’ Barcelona jew Chelsea, li identifikaw lid-difensur ċentrali bħala mira potenzjali ta’ trasferiment dan is-sajf.