Hekk kif Inter qed isegwu l-progress tad-difensur mis-Senegal Kalidou Koulibaly, f’dawn l-aħħar sigħat daħlu b’saħħa l-klabb mill-Arabja Sawdija Al Hilal li lesti jtuh salarju ferm għoli filwaqt li jagħtu wkoll somma tajba lill-klabb tiegħu Chelsea.
Għalkemm Inter kienu favoriti li jiksbu l-firma tal-eks plejer ta’ Napoli, l-affarijiet ikkumplikaw ruħhom wara din l-offerta tas-Sawditi li mistenni jkunu huma li jieħdu lil Koulibaly għall-istaġun li ġej.