Barcelona huma lesti li jċedu lil Miralem Pjanic fi ftehim biex jakkwistaw is-servizzi ta’ Kalidou Koulibaly ta’ Napoli.
Id-difensur, li ngħaqad ma’ Napoli mingħand Genk fl-2014, jingħad li hu l-mira ewlenija minn Barcelona, bil-ġganti Katalani qed ifittxu rinforzi difensivi.
Jules Kounde kien ukoll mira potenzjali għall-Blaugrana, iżda l-interess tagħhom fid-difensur ta’ Sevilla naqas minħabba l-valur ta’ €70m.