Saturday, December 28, 2024

Kalvin Phillips aċċetta li jingħaqad ma’ Juventus

Aqra wkoll

Il-midfielder ta’ Manchester City, Kalvin, Phillips, qabel li jingħaqad ma’ Ju­ventus f’Jannar u l-Bianconeri issa qed jiddeċiedu jekk ‘jiġbdux il-grillu’ fuq ftehim jew le.

L-Ingliż ta’ 27 sena huwa destinat li jħalli liċ-champions tal-Ewropa fis-suq tat-trasfe­rimenti tax-xitwa wara li dan l-istaġun kien imwarrab għal kollox mill-manager tas-City, Pep Guardiola. Huwa għażel li ma jitlaqx fis-sajf, minkejja li kien imwissi dwar l-istatus marġinali tiegħu, iżda issa lest għal avventura ġdida.

Id-diretturi ta’ Juventus Cristiano Giun­toli u Giovanni Manna, ivvjaġġaw lejn Londra din il-ġimgħa u ltaqgħu ma’ rappreżentanti minn Stellar Group, l-aġenzija li tirrappreżenta lil Phillips. Hemmhekk, iż-żewġ partijiet iddiskutew l-idea ta’ perjodu ta’ self ta’ sitt xhur f’Turin għall-internaz­zjonali tal-Ingilterra.

Ġurnal sportiv popolari Taljan, ta dettalji dwar kif Phillips qabel li jagħmel iċ-ċaqliq ma’ Juventus f’Jannar, biex b’hekk il-club jibda jaħdem bis-serjetà fuq ftehim ma’ Manchester City.

Is-City ma riedux isaħħu rivali tal-Premier League u lanqas avversarji Ewropew, għalhekk ikunu kuntenti li jibagħtuh fil-kapitali ta’ Piemonte.

Phillips jaqla’ €5 miljun netti kull staġun, u għalhekk Juventus issa jridu jiddeċiedu jekk jaqblux li jħallsu nofs dik il-miżata biex ikollhom lill-Ingliż għat-tieni nofs tal-istaġun.

Ekonomija

Sport