Liverpool qed iħejju biex jidħlu f’taqtiegħa ma’ Manchester United għall-firma tal-midfielder ta’ Leeds United, Kalvin Phillips.
L-internazzjonali Ingliż huwa kkuntrattat mat-team ta’ Marcelo Bielsa sas-sajf tal-2024 iżda qed jingħad li mhux dawshekk ħerqan li jiffirma ftehim ġdid f’Elland Road.
B’riżultat ta’ dan, Man United suppost qed ifittxu li jieħdu vantaġġ b’offerta għal Phillips is-sena d-dieħla, għalkemm huwa xorta jrid ħlas ta’ £60 miljun.
Issa, Liverpool irreġistraw ukoll l-interess tagħhom fil-player ta’ 25 sena, b’Jurgen Klopp jittama li jġib rinforzi f’nofs il-ground fis-sajf li ġej.
Leeds huma ‘ħerqana’ li jorbtu lil Phillips bi ftehim ġdid, iżda s-sid Andrea Radrizzani huwa konxju li l-midfielder jista’ ma jkunx kapaċi jirreżisti l-interess minn Liverpool jew Man United.
Phillips irreġistra 14-il goal u 12-il assist minn 220 logħba fil-kompetizzjonijiet kollha għal Leeds u beda 28 logħba tal-Premier League għall-Whites fl-istaġun li għadda.