Saturday, December 21, 2024

Kalvin Phillips fuq ir-radar ta’ Liverpool

Aqra wkoll

Jidher li l-midfielder ta’ Leeds United, Kalvin Phillips, ġie nfurmat minn aġenzija ewlenija li huma kapaċi jassigurawlu trasferiment ma’ Liverpool dan is-sajf.

Il-player ta’ 26 sena żviluppa fi player ewlieni għall-Whites, l-aktar grazzi għall-ex manager Marcelo Bielsa, iżda għad irid jidher taħt il-gwida tal-manager il-ġdid Jesse Marsch hekk kif qed ikompli jirkupra minn injury fil-hamstring.

Il-wirjiet impressjonanti tiegħu għall-club u l-pajjiż matul dawn l-aħħar snin ġibdu l-għajn ta’ numru ta’ clubs mill-Premier League, b’Liverpool jemmnu li huwa team wieħed li jista’ jżomm taħt idejh is-sitwazzjoni tiegħu.

Huwa mifhum li Phillips diġà ġie mgħarraf lilu minn għadd ta’ rappreżentanti li qed jikkompetu għall-firma tiegħu li “se jingħaqad ma’ Liverpool” dan is-sajf, u li għandhom il-konnessjonijiet fis-seħħ biex jinnegozjaw it-trasferiment tiegħu.

Phillips, li bħalissa huwa rappreżentat mill-aġent u ex player ta’ Leeds Kevin Sharp, jinsab taħt kuntratt f’Elland Road sa Ġunju 2024, iżda għad irid jilħaq ftehim dwar estensjoni fil-kuntratt tiegħu.

Leeds bdew negozjati kuntrattwali ma’ Phillips fil-bidu ta’ dan l-ista;un u huma lesti li jagħmlu lill-internazzjonali Ingliż l-aktar player imħallas fil-klabb; madankollu, it-taħditiet waqfu minn dak iż-żmien, u tefgħu dubji dwar il-futur fit-tul tiegħu mal-club.

Il-midfielder b’valur ta’ £70m ġie marbut ukoll ma’ Manchester United, Manchester City, Arsenal u West Ham United, b’dawn tal-aħħar huwa mifhum li fallew b’offerta ta’ £55m f’Jannar.

Ekonomija

Sport