Il-midfielder ta’ Leeds United, Kalvin Phillips, informa lill-club li jixtieq jingħaqad ma’ Manchester City dan is-sajf.
Il-player ta’ 26 sena kien marbut b’mod qawwi ma’ ċaqliq fl-Etihad Stadium, b’Pep Guardiola jidentifika lil da nil-player bħala l-mira primarja tiegħu biex jieħu post Fernandinho.
Huwa mifhum li Man City ressqu offerta uffiċjali biex jiffirmaw lil Phillips, u jinsabu qabel ma’ Manchester United, Liverpool, Aston Villa u West Ham United fit-tellieqa għall-firma tiegħu.