Il-midfielder ta’ Leeds United Kalvin Phillips sofra injury f’rasu f’inċident fil-festin tal-Milied tal-club nhar it-Tnejn.
Il-player ta’ 25 sena ingħaqad ma’ sħabu f’Cirque Le Soir, nightclub popolari f’Londra, wara t-telfa ta’ 2-1 barra minn darhom kontra Tottenham Hotspur nhar il-Ħadd.
Il-manager Marcelo Bielsa ppermetta lill-players u lill-istaff tiegħu jattendu avveniment soċjali fil-kapitali qabel skeda impenjattiva tax-xitwa, li tinkludi tmien logħbiet tal-Premier League fi 33 jum qabel tmiem is-sena.
Phillips sofra ‘qatgħa’ li kienet teħtieġ kura, wara li waqa’ t-taraġ.
Minkejja l-injury minuri li ġarrab, il-midfielder ġie mgħoddi tajjeb biex jitħarreġ nhar it-Tlieta u għandu jkun fil-kontestazzjoni biex jilgħab is-Sibt fil-konfront tagħhom tal-Premier League f’darhom kontra Brighton & Hove Albion.
Phillips lagħab id-90 minuta sħaħ f’disa’ logħbiet tal-kampjonat s’issa dan l-istaġun għal Leeds, li bħalissa qegħdin f’post wieħed biss u żewġ punti ‘l fuq miż-żona ta’ relegazzjoni.