Wednesday, December 25, 2024

Kamala Harris aktarx tkun il-kandidat tad-Demokratiċi

Aqra wkoll

Issa li l-President Amerikan Joe Bidn ċeda għall-pressjoni u ddeċieda li ma jkomplix fit-tellieqa biex jikseb it-tieni mandat tiegħu fil-kariga, numru dejjem jikber ta ‘Demokratiċi anzjani qed jappoġġjaw lil Kamala Harris biex tkun hi l-kandidat presidenzjali tal-partit demokratiku fl-elezzjoni tal-5 ta’ Novembru li ġej.

Dawk li qed iħeġġu u japġpoġġjaw in-nomina ta’ Kamala Harris jinkludu demokratiċi prominenti fosthom Aleksandria Ocasio-Cortez, il-gvernatur ta’ California Gavin Newsom, Hilary u Bill Clinton u l-ministru tat-trasport ta’ dixxendenza Maltija, Pete Buttigieg.

Il-President Biden li rtira mill-elezzjoni ta’ Novembru nhar il-Ħadd li għadda, qal fi stqarrija li huwa ħa d-deċijoni li ma jibqax fit-tellieqa fl-aħjar interess tal-partit demokratiku u tal-pajjiż. Huwa, li għandu 81 sena, kien iffaċċjat b’appelli u sejħiet dejjem akbar biex iwarrab wara d-dibattitu diżastruż tax-xahar li għadda kontra Donald Trump.

Filwaqt li appoġġja lil Harris bħala l-kandidat possibbli li tirbaħ in-nomina tad-demokratiċi, u minkejja li ħareġ mit-tellieqa, Biden stqarr li se jibqa jmexxi l-pajjiż sa l-aħħar siegħa tal-mandat tiegħu. In-nominat Repubblikan u avversarju tiegħu, Donald Trump, iżda qal li jekk Biden ma jistax jikkontesta għall-kariga, ma jistax lanqas jibqa jmexxi l-pajjiż.

Mill-banda l-oħra, ġie rappurtat li d-donazzjonijiet pubbliċi lid-Demokratiċi żdiedu b’mod sostanzjali minn wara d-deċiżjoni ta’ Biden li ma jkomplix fit-tellieqa presidenzjali.

Fil-frattemp, kienu bosta li kkummentaw dwar Kamala Harris li bħalissa hija l-viċi president tal-pajjiż. Gil Duran, li kienet id-direttur tal-komunikazzjoni ta’ Kamala Harris meta kienet l-avukat ġenerali ta’ California, qalet li Harris tista tkun president eċċellenti għalkemm m’hijiex perfetta.

Waqt li ddeskrivi l-qawwiet tagħha, Duran tgħid li Harris kabbret il-profil tagħha fil-politika b’mod meteoriku u hija mudell għan-nisa u nies ta kulur.

Minn mindu Joe Biden għamel it-tħabbira tiegħu, in-nominat Repubblikan Donald Trump ippubblika għadd kbir ta’ kummenti dispreġjattivi fuq il-pjattaforma tiegħu Truth Social. Saħansitra kiteb li Biden huwa theddida għad-Demokrazija.

Id-Demokratiċi min-naħa tagħhom mistennija jingħaqdu madwar Kamala Harris, iżda jgħidu li fadal ħafna xogħol xi jsir qabel ma tiġi magħżula formalment bħala l-kandidat tal-partit għall-elezzjoni ta’ Novembru.

Biden kien rebaħżonn biex jassigura n-nomina tal-partit tiegħu. Issa, huwa f’dejn id-delegati li jagħżlu n-nominat il-ġdid tagħhom. Huma skedati li jiltaqgħu f辰hicago għġi żgurata n-nomina tal-partit, kandidat jeħtieġ mill-inqas 1,976 vot tad-delegati.

Ekonomija

Sport