Kamala Harris saret il-viċi presidenta eletta tal-Istati Uniti, l-ewwel darba fl-istorja li mara ġiet eletta f’tali kariga fil-White House.
Joe Biden rebaħ il-presidenza billi rnexxilhom jirbaħ l-istat ta’ Pennsylvana u l-20 vot elettorali tiegħu wara jiem ta’ għadd ta’ voti wara turnout rekord mill-elettorat għal din l-elezzjoni. Ir-rebħ ta’ Pennsylvania wasslet biex Biden kiseb 284 vot elettorali, 14 aktar mill-270 meħtieġa biex jirbaħ il-White House.
Ftit wara li tħabbret ir-rebħ ta’ Biden fl-istat ta’ Pennsylvania, Harris ippubblikat tweet flimkien ma’ filmat qasir. “Din l-elezzjoni hija wisq aktar minn Biden jew minni nnifsi. Hija dwar ir-ruħ tal-pajjiż u r-rieda tagħna li nissieltu għaliha. Hemm ħafna xogħol jistenniena. Ejjew nibdew.”
Biden ukoll ħareġ stqarrija, fejn appella għall-għaqda.
“Ix-xogħol quddiemna huwa iebes, iżda nwigħdkom li se nkun president ta’ l-Amerikani kollha – kemm jekk vvotajtuli u anke jekk le,” qal Biden fi stqarrija.