Sunday, December 22, 2024

Kamil Manowiecki, windsurfer ibbażat f’Malta  jirbaħ l-avveniment Foiling 100

Aqra wkoll

Il-kundizzjonijiet tat-temp li Malta esperjenzat fil-jiem li għaddew ħolqu sfidi għall-organizzaturi talFoiling 100, tellieqa tal-windsurfing minn Malta għal Ragusa, mtella mill-Malta Young Sailors Club.

Bil-pjan oriġinali ta’ tellieqa lejn Ragusa tiġi mħassara s-Sibt, ġiet ikkunsidrata wkoll il-possibbiltà li tiġri minn Ragusa għal Malta, nhar il-Ħadd. Sfortunatament, in-natura kapriċċjuża tal-elementi  minħabba ragħad, xekklu dawk il-pjanijiet ukoll, u ħalliet lill-kumitat organizzattiv bl-unika għażla  – għal skopijiet ta’ sigurtà – li jkopri l-korsa ta’ 100 km madwar il-gżejjer Maltin.

L-Uffiċjal tat-Tlielaq Andrew Wilson spjega li d-deċiżjoni li eventwalment titqassar il-korsa, kienet ibbażata biss fuq is-sigurtà tal-kompetituri u t-timijiet li kienu qedin jsegwuhom fuq l-baħar. It-tiġrija twaqqfet madwar nofshinhar minħabba front kbir tat-temp li laqat il-gżejjer Maltin.

Il-Flotta kienet maqsuma f’żewġ kategoriji, il-Klassi Olimpika IQFoil u kategorija ġenerali Open Windfoil. Ir-rebbieħ overall kien Kamil Manowiecki, li hu atleta bbażat f’Malta,  segwit mill-windsurfer veteran Malti Jean Paul Fleri Soler u l-windsurfer professjonali Ġermaniż Nico Prien. Fl-IQFoil, l-ewwel żewġ pjazzamenti kienu l-istess, izda t-tielet post ittieħed mill-Malti Shaun Miggiani.

“Foiling 100 kienet l-intenzjoni tal-Club li jorganizza tiġrija ta’ 100km iżda t-temp iddeċieda mod ieħor. Għalkemm il-bidla tal-pjanijiet oriġinali tagħna hija ta’ disappunt, huwa ċar mill-kummenti li rċevejna li kollha, inklużi l-ħbieb barranin tagħna,  jistennew bil-ħerqa l-opportunità li jiġru fil-korsa oriġinali fil-futur. Il-lezzjonijiet li tgħallimna fi tmiem il-ġimgħa se jintużaw tajjeb.” irrimarka Christian Bajada, Commodore, Malta Young Sailors Club.

Bajada temm billi rringrazzja lill-voluntiera, l-uffiċjali u l-isponsors kollha li kkontribwew il-ħin, l-għarfien espert u l-appoġġ finanzjarju tagħhom lejn Foiling 100.

Foiling 100 qed jiġi sponsorjat minn Yachting Malta Ltd u appoġġjat minn Visit Malta, Casamigos u Enemed.

Aktar appoġġ ingħata minn DK Nautical, Gillieru Harbour Hotel, Malta Sailing Federation, Malta Yacht Charters, Mission Critical Solutions, Porto Turistico Marina di Ragusa,  S&D Yachts, Tenuta Bastonaca, Red Cross (Malta) u Severne.

Ekonomija

Sport