Tuesday, December 24, 2024

Kampjonat Ewropej tal-Għawm: L-Ukrajna jiddominaw fl-Għawm Artistiku

Aqra wkoll

L-avveniment Gala għalaq uffiċjalment il-programm tal-għawm artistiku. Ħamest ijiem mimlija emozzjonijiet, mill-Ukrajna li tkun ir-reġina tal-avvenimenti kollha tan-nisa sal-avveniment solo tal-irġiel li ġie introdott għall-ewwel darba f’il-Kampjonati Ewropej.

F’Nicola Pietrangeli Stadium l-innu Ukren indaqq tmien darbiet, grazzi għal Marta Fie­dina, li kienet fost l-istilel ġewwa u barra mill-pixxina. Ġewwa l-villaġġ ta’ Ruma 2022, partitarja Ġappuniża waqqfet lill-għawwiema artistika ta’ 20 sena biex tgħidilha li, bis-saħħa tar-rebħiet tagħha, kien tgħallmet l-Innu Uk­ren.

Fiedina rnexxielha tirbaħ id-deheb f’kull wieħed mis-sitt avvenimenti li kkompetiet fihom, żewġ avvenimenti individwali u erba’ avvenimenti tat-timijiet, maqsuma mat-tewmin Maryna u Vladyslava Aleksiiva li ħadu r-rebħa fl-avvenimenti solo free u solo technical.

“Aħna kuntenti ħafna,” qalet iċ-champion Ukrena fi tmiem il-kompetizzjoni, “Din kienet l-aħħar rutina tagħna u fl-aħħar nistgħu jkollna xi vaganzi. Din ir-rutina mhix ġdida. Hija minn Tokyo s-sena l-oħra, iżda għandha tifsira ġdida għalina issa. Tħossha aktar importanti.”

Ii-Taljana Linda Cerruti dejjem ħadet midalja wkoll fit-tmien avvenimenti li kkompetiet fihom, ġabret daqstant midalji (sitta fidda u tnejn bronż), biex laħqet 24 midalja Ewropea mirbuħa fil-karriera tagħha. Dan jagħmel lill-għawwiem artistiku ta’ 28 sena l-aktar atleta Taljana li qatt rebħret midalja fuq livell Ewropew.

Fil-pixxina artistika nstema’ erba’ darbiet innu ieħor biss, dak Taljan. Giorgio Minisini temm l-erba’ avvenimenti fl-ewwel post, tnejn ma’ Lucrezia Ruggiero fl-avvenimenti mixed u tnejn fl-avvenimenti solo, u b’hekk il-folla domestika kienet ferħana u kburija.

Ekonomija

Sport