Malta…………….13
Franza……………22
(4-6, 2-5, 3-6, 4-5)
Malta ddiżappuntat bil-kbir f’telfa kbira ta’ 22-13 kontra Franza liema tim kien hemm l-aspettattivi li nżommu l-pass miegħu speċjalment wara li matul is-sena li għaddiet f’pajjiżna kien biss waa l-għoti tal-penalties li rebħilna.
Notevoli l-esklużjoni ta’ Jake Muscat li iktar kmieni matul il-jum sar magħruf li ntbagħat lura d-dar mit-tmexxija tat-tim nazzjonali.
Franza għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 6-4, bil-goals għalihom jaslu minn Romain Marion-Vernoux u Kilian Braise-Fernandez, Alexandre Bouet (2) it-tnejn minn penalty, Thomas Vernoux, u Steven Vitrant. Min-naħa l-oħra il-captain Stevie Camilleri minn penalty, Nikolai Zammit, Elijah Schembri u Ben Plumpton wieġbu għall-Maltin.
Il-Franċiżi rebħ wkoll it-tieni sessjoni din id-darba bl-iskor ta’ 5-2, bl-iskorers għalihom ikunu Thomas Vernoux, Romain Marion-Vernoux, Kilian Braise-Fernandez u Steven Vitrant (2). Stevie Camilleri u Andreas Galea wieġbu għall-Maltin.
Franza komplew jiddominaw u rebħu t-tielet ssessjoni bl-iskor ta’ 6-3, bl-awturi tal-goals għalihom ikunu Romain Marion-Vernoux (2), Thomas Vernoux, Kilian Braise-Fernandez, Alexandre Bouet u Alexis Drahe. Stevie Camilleri, Matthew Zammit u Ben Plumpton irrispondew għal pajjiżna.
Bil-loghba ilha mirbuħa u mitlufa, huma għamluhom erbgħa minn erbgħa fir-raba’ l-aħħar sessjoni hekk kif Franza rebħiha bl-iskor strett strett ta’ 5-4 bil-goals għalihom jaslu minn Thoma Vernoux, Steven Vitrant, Lorris Canovas, Romain Marion-Vernoux u Kilian Braise-Fernandez. Alec Fenech, Darren Zammit, Jake Bonavia u Jayden Cutajar skorjaw għall-Maltin.
Malta terġa’ tkun impenjata nhar l-Erbgħa li ġej fis-12.45pm kontra l-qawwa tal-Ungerija.



