Malta………………….. 14
Ukrajna…………………. 7
(2-1, 3-0, 5-3, 4-3)
Malta bdiet l-impenji fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej b’rebħa tajba fuq l-Ukrajna bl-iskor ta’ 14-7.
Malta għamlet l-intenzjonijiet tagħha ċari mal-ftuħ tal-partita u rebħet l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 2-1, bil-goals għal pajjiżna jaslu minn Jake Muscat u Ben Plumpton minn penalty. Denis Guskaov kien ġab l-iskor indaqs momentarjament għall-Ukreni.
Malta kompliet tiddomina u rebħet it-tieni sessjoni bl-iskor ta’ 3-0, bl-iskorers għal Malta jkunu Nikolai Zammit (2) u Jake Muscat.
Fit-tielet sessjoni, il-Maltin ħadu r-rieedni tal-logħba f’idejhom hekk kif ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 5-3, bl-awturi tal-goals għalihom ikunu Nikoloi Muscat, Jayden Cutajar, Liam Galea, Ben Plumpton u Benji Cachia.
Malta għamlet l-‘en plain’ meta rebħet l-aħħar sessjoni bl-iskor ta’ 4-3, fejn għal pajjiżna irnexxielhom isibu x-xibka Jerome Gabarretta, Jayden Cutajar, Jake Muscat u Benji Cachia.
Malta: J. Tanti, J. Gabarretta (1), L. Galea (1), J. Gambin, J. Cutajar (2), B. Plumpton (3), J. Muscat (3), B. Cachia (2), J. Abela, N. Zammit (2), A. Fenech, N. Bugelli, N. Grixti
Ukrajna: K. Nikolskyi, M. Osyka, V. Voitenko (1), D. Ashanin, O. Diadiura (1), R. Gryshchuk, O. Dzhura (1), Y. Mametyev (1), D. Gusakov (1), K. Alieksieiev (2), D. Sokolov, I. Kechedzhy, M. Khytryi
Referees: Erwin Schapers (Olanda), Luis Santos (Portugall)