Monday, March 9, 2026

Kampjonat Ewropew tas-Snooker: Bidu mill-aqwa għal Maltin fi Spanja

Aqra wkoll

Il-Ħadd, f’Gandia, fi Spanja ingħata bidu għal edizzjoni ta’ din is-sena tal-Kampjonat Ewropew tas-Snooker fejn il-plejers Maltin rebħu l-erba’ logħbiet li lagħbu fihom fl-ewwel jum ta’ kompetizzjoni waqt il-fażi tal-gruppi.

Mill-ħames Maltin li jinsabu Spanja għal dan il-kampjonat Brian Cini biss ma kienx fl-azzjoni filwaqt li  l-erba’ plejers l-oħra irreġistraw rebħiet konvinċenti.

Aaron Busuttil, Chris Peplow u Joseph Casha saħansitra ma’ tilfu l-ewwel frame u kollha kisbu rebħiet ta’ 3-0.

L-ewwel li beda kien Joseph Casha li rebaħ kontra l-Irlandiż, Dan Merrigan bil-punteġġi ta’ 83-39, 79-31 u 56-45. Aaron Busuttil ftit sab oppożizzjoni kontra wieħed mill-24 plejer Spanjol li qed jieħdu sehem f’pajjiżhom stess f’din l-edizzjoni. Oscar Puigpinos kontra l-Malti tilef bl-iskors ta’ 89-46, 77-17 u 95-47 filwaqt li fit-tieni frame Busuttil ippottja break ta’ 73 punt.

Chris Peplow kontra l-Skoċċiż, Ayaan Iqbal irnexxielu japprofitta ruħu minn żball li l-avversarju tiegħu għamel fl-ewwel frame meta dan deher li ser ipoġġi lil Malti fl-iżvantaġġ mill-bidu nett. Wara li dawwar dan il-frame, Peplow kien aktar iffukat u rebaħ iż-żewġ frames l-oħra b’faċilita, tant li fl-aħħar frame għalaq bi break ta’ 76 punt bir-riżultati tat-tliet frames ikunu: 57-50, 71-11 u 76-1.

Philip Ciantar iltaqgħa kontra ż-żagħżugħ Olandiż, Hugo Van Houten fejn xorta wettaq rebħa komda ta’ 3-1 u li kieku ma’ falliex l-aħħar ħamra fir-raba’ frame kien faċilment jirreġistra break ta’ aktar minn 100 punt. Fil-fatt huwa waqaf fuq break ta’ 86 punt, li s’issa huwa l-aħħar break li kisbu l-Maltin waqt dan il-kampjonat. Ciantar rebaħ bil-punteġġi ta’, 55-26, 25-90, 48-36 u 90-14.

It-Tnejn, il-ħames plejers Maltin ser jilgħabu logħba waħda fejn jidħol fl-ażżjoni wkoll Brian Cini. Il-logħbiet tal-Maltin fit tieni jum ta’ dan il-kampjonat ser ikunu dawn:

10:00Group AOBrian CinivsJose Ignacio Enciso (Spanja)
12:30Group EAaron BusuttilvsMartin Orinak (Slovakkja)
12:30Group FChris PeplowvsThomas Janzso (Awstrija)
12:30Group GJoseph CashavsKayhan Durukan (Turkija)
17:30Group SPhilip CiantarvsDaan Leyssen Janssens (Spanja)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport