Monday, October 6, 2025

Kampjonat Ewropew tas-Snooker: Erba’jikkwalifikaw għall-fażi tan-Knock Out

Aqra wkoll

Wara li l-Ħadd, f’Golem, l-Albanija waslet fi tmiema l-fażi tal-gruppi tal-Kampjonat Ewropew tas-Snooker fil-kategorija individwali tas-Seniors, ġiet magħrufa l-lista ta’ 40 plejer li kkwalifikaw għall-fażi tan-knock out. Minn sitt Maltin li qed jieħdu sehem erba’ għaddew għat-tieni fażi wara li fl-aħħar logħbiet tal-gruppi l-plejers Maltin kienu mpenjati  f’disa’ minnhom.

Philip Ciantar rebaħ iż-żewġ partiti tiegħu biex spiċċa l-ewwel fi grupp M u b’hekk ikkwalifika direttament mal-aħħar 32. Filgħodu rebaħ lil Jean-Christophe Margontier (Franza), 3-1, filwaqt li wara nofs in-nhar ftit sab diffikulta biex jegħleb lil Tony Morgan (Wales), 3-0.

Frans Mintoff u Alex Borg rebħu l-ewwel logħba pero’ tilfu t-tieni waħda u spiċċaw it-tieni fil-grupp tagħhom. Frans Mintoff rebaħ ma’ Sergej Korolkov (Litwanja), 3-2, filwaqt li tilef bl-istess punteġġ kontra Marcin Nitschke (Polonja). Alex Borg spiċċa wkoll b’żewġ skors l-istess ta’ 3-0, filgħodu rebaħ lil Darius Bublys (Litwanja) u tard filgħaxija tilef kontra Allan Morgan (Wales). Kemm Frans Mintoff kif ukoll Alex Borg fil-fażi li jmiss iridu jilgħabu f’logħba preliminari biex jgħaddu għal mal-aħħar 32.

Arthur Cachia tilef l-aħħar logħba wara li fil-jum ta’ qabel kien diġa’ qata’ l-passaġġ tiegħu għal fażi tan-knock out. Huwa tilef bil-frame deċiżiv, 3-2, kontra Stuart Watson (Ingilterra) li eventwalment rebaħ il-grupp. Cachia bit-tieni post xorta għadda direttament mal-aħħar 32.

Tony Mifsud u Ivan Attard wara li kienu tilfu ż-żewġ konfronti tagħhom fil-jum ta’ qabel u matematikament ġew eliminati, l-Ħadd it-tnejn kellhom wirjiet eċċellenti. It-tnejn li huma rebħu 3-0 kontra Bekim Aliu (Albanija) u Andrius Ščerbakovasn (Litwanja) rispettivament.

It-Tnejn dan il-kampjonat ikompli f’fażi mill-aktar impenjattiva fejn iridu jintlagħbu tmien logħbiet tal-fażi preliminari, u kif ukoll ir-rawnds tal-aħħar 32 u l-aħħar 16 u anke’ l-kwarti finali sabiex it-Tlieta jsiru s-semi finali u l-finali. L-impenji tal-plejers Maltin fin-knock out issa ser ikunu dawn:

10:00 PreliminariFrans MintoffvsOlivier Pechenart (Belġju)
10:00 PreliminariAlex BorgvsDennis Van Der Zee (Olanda)
13:30L-aħħar 32Arthur CachiavsMāris Volajs (Latvja)
13:30L-aħħar 32Philip CiantarvsKrzysztof Drążkiewicz (Polonja)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport