Thursday, March 12, 2026

Kampjonat Ewropew tas-Snooker: Philip Ciantar jingħaqad ma’ Busuttil u Peplow mal-Aħħar 64

Aqra wkoll

Matul ir-raba’ jum tal-Kampjonat Ewropew tas-Snooker li qed isir f’Gandia, fi Spanja bdiet il-fażi tan-knock out wara li aktar kmieni fl-istess ġurnata ingħalqet il-fażi tal-gruppi. Fiha l-uniku plejer Malti li kien għadu ma kkwalifikax, Philip Ciantar, rebaħ biex kiseb post fil-playoffs u aktar tard reġa’ rebaħ biex ingħaqad ma’ Aaron Busuttil u Chris Peplow mal-aħħar 64.

Ciantar fil-konfront ta’ filgħodu kellu bżonn jirbaħ żewġ frames biex jikkwalifika iżda rebaħ b’mod komdu 3-1, (69-2, 60-72, 59-23 u 90-10), kontra l-Portugiż, Miguel Ruivo.

Kif telgħu l-poloż tal-playoffs, Malta mill-ewwel tilfet iċ-ċans li kull Malti setgħa jikkwalifika peress li tnejn mit-tliet plejers, Philip Ciantar u Joseph Casha, ġew kontra xulxin filwaqt li Brian Cini ried jiltaqa’ kontra l-Skoċċiż, Michael Collumb.

Fl-ewwel minn dawn iż-żewġ logħbiet Cini tilef bil-punteġġ ta’ 3-1, (58-69, 64-27, 49-70 u 33-74) biex safa’ eliminat.

L-iskor finali tal-playoff l-oħra bejn iż-żewġ Maltin inċidentalment intemm l-istess. Kien Casha li rebaħ l-ewwel frame però Ciantar mill-ewwel irkupra l-iżvantaġġ. Fiż-żewġ frames suċċessivi Ciantar kien ftit aħjar biex għalaq il-konfront b’dawn il-punteġġi, 55-38, 44-69, 22-64 u 47-66.

Il-Ħamis huma pprogrammati li jsiru żewġ rounds oħra, dik tal-aħħar 64 u aktar tard dik tal-aħħar 32.

Fil-fażi tal-aħħar 64, it-tliet logħbiet li fihom ser jieħdu sehem il-plejers Maltin li għadhom fil-kompetizzjoni huma dawn:

10:00L-aħħar 64Aaron BusuttilvsArturs Kengis (Latvja)
10:00L-aħħar 64Chris PeplowvsZachary Richardson (Ingilterra)
12:30L-aħħar 64Philip CiantarvsIustin Scripei (Rumanija)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport