Il-coach nazzjonali ta’ Taħt il-21 sena, Davide Mazzotta, għażel skwadra ta’ 25 player għal-logħbiet ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew kontra l-Ġermanja u l-Latvja.
Matul dan il-perjodu, Malta se tivvjaġġa lejn il-Ġermanja għat-tieni logħba barra minn darna f’din il-kampanja.
Il-konfront kontra l-ġganti Ewropej se jintlagħab, nhar il-Ġimgħa, 14 ta’ Novembru, fl-Istadium Sportpark Ronhof Thomas Sommer, fil-belt Furth. Il-logħba se tibda fis-6.00 pm u se tixxandar fuq TVMi.mt.
Wara din il-partita, it-team ta’ Taħt il-21 sena se jirritorna f’pajjiżna biex jipprepara għall-logħba kontra l-Latvja, li tintlagħab, nhar it-Tlieta, 18 ta’ Novembru, fis-Centenary Stsadium, fis-700 pm.
Il-biljetti għall-logħba se jkunu għall-bejgħ fuq il-portal tal-Malta FA fil-jiem li ġejjin.
S’issa, it-team Malti ffaċċja tliet logħbiet ta’ sfida fil-kampanja ta’ kwalifikazzjoni. Il-logħbiet li ġejjin jippreżentaw opportunità oħra siewja għall-iskwadra ta’ Mazzotta biex turi l-progress u r-reżiljenza tagħha fix-xena internazzjonali kontra oppożizzjoni qawwija.
Min-naħa l-oħra, il-players żgħażagħ se jkunu ħerqana li jagħtu prestazzjonijiet b’saħħithom, ikomplu l-iżvilupp tagħhom u jsaħħu l-koeżjoni tat-team hekk kif iħarsu ’l quddiem fil-vjaġġ ta’ kwalifikazzjoni tagħhom.
L-iskwadra ta’ 25 player magħżula minn Mazzotta hija:
Goalkeepers: Liam Frendo (Valletta), Karl Sargent (Gzira U.), Hugo Sacco (Hibernians), Jake Scicluna (Marsa)
Difensuri: Deacon Abela (Gzira U.), Nathan Cross (Birkirkara), Ivin Farrugia (Mgarr U.), Benjamin Hili (Balzan), Jake Micallef, Kean Scicluna (Zabbar SP), Jake Vassallo (Mosta), Aiden Zammit (Hibernians)
Midfielders: Jake Azzopardi (Valletta), Andrew Borg (Gzira U.), Bjorn Buhagiar (Gudja U.), Lucas Caruana (Hibernians), Jake Grech (Balzan), Daniel Letherby (Hamrun S.)
Attakkanti: Nicholas Agius (Zabbar SP), Aston Ellard (Barnsley – Ingilterra), Shaisen Attard (Hamrun S.), Keyon Ewurum (Valletta), Sean Gatt (Sta Lucia), Joshua Pitts (Ipswich Town – Ingilterra), Gabriel Vella (Tarxien R.).
Kampjonat Ewropew U21: Il-coach Davide Mazzotta jgħajjat skwadra ta’ 25 player