Meta ngħata l-bidu tal-Kampjonat Franċiż, iċ-champions Paris St Germain bdew id-difiża tat-titlu b’rebħa kbira ta’ 5-0 għand Clermont.
Kien Neymar li fetaħ l-iskor wara disa’ minuti biex goals minn Achraf Hakimi (26) u Marquinhos (38) taw vantaġġ ta’ tliet goals sal-mistrieħ.
Fit-tieni taqsima huma skorjaw żewġ goals oħra minn Lionel Messi li waslu fl-aħħar 10 minuti. L-ewwel wieħed tiegħu wasal fit-80 minuta wara li bidel il-ballun ma’ Neymar filwaqt fis-86 minuta skorja ġmiel ta’ goal meta daħal fil-kaxxa għall-cross ta’ Leandro Parades, ikkontrolla l-ballun b’sidru u b’dahru lejn il-lasta skorja b’rovexxjata fl-ajru.