Arsenal v Nottingham F.
It-team tal-quċċata jiltaqa’ ma’ dak tal-qiegħ fil-konfront tal-Premier League il-Ħadd wara nofsinhar fl-Emirates Stadium, hekk kif Arsenal jaffrontaw lil Nottingham Forest bl-għan li jevitaw it-tielet logħba konskeuttiva mingħajr rebħa.
Il-Gunners tilfu bl-iskor 2-0 kontra PSV Eindhoven fl-Europa League nhar il-Ħamis, filwaqt li t-tim immexxi minn Steve Cooper għeleb lil Liverpool bl-iskor minimu ta’ 1-0 fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet.
Neqsin għall-Gunners se jkunu Emile Smith Rowe u Oleksandr Zinchenko minħabba injury.
Leicester C. v Man City
Test veru qed jistenna lil Leicester City fil-King Power Stadium illum is-Sibt hekk kif iċ-champions tal-Premier League Manchester City se jkunu qed jaffrontawhom barra minn darhom.
It-tim immexxi minn Brendan Rodgers għeleb b’mod konvinċenti lil Wolverhampton Wanderers bl-iskor ta’ 4-0 fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, filwaqt li City kienu miżmuma fi draw ta’ mingħajr gowls fiċ-Champions League minn Borussia Dortmund.
Neqsin għal Man City se jkunu Kalvin Phillips u Kyle Walker minħabba injury.
Man Utd v West Ham Utd
Friski mis-suċċess ta’ 3-0 ġewwa darhom f’Old Trafford kontra Sheriff Tiraspol, Manchester United jibdew favoriti li jegħlbu l-isfida ta’ West Ham United.
Madankollu, żgur li l-Hammers jekk ikunu fil-ġurnata kapaċi jħabbtu bis-sħiħ lit-tim immexxi mill-manager Eric ten Haag. Kollox ma’ kollox, dan għadu jirriżulta f’konfront entużjażmanti.
Ir-Red Devils se jkollhom jgħaddu mingħajr is-servizzi ta’ Anthony Martial u Raphael Varane minħabba injury.