Liverpool se jkunu qed ifittxu li jtemmu serje ta’ tliet logħbiet mingħajr rebħa fil-Premier League meta jilqgħu liċ-champions renjanti Manchester City f’Anfield għada l-Ħadd fil-5.30pm.
Ir-Reds se jkunu għadhom ġejjin minn rebħa kbira ta’ 7-1 kontra Rangers l-Erbgħa filgħaxija, b’Mohamed Salah jikseb l-iktar tripletta mgħaġġla fl-istorja taċ-Champions League.
Sadattant, Manchester City għadhom bla telfa fil-kompetizzjonijiet kollha (minbarra l-Community Shield), u għandhom lil Erling Haaland f’vena mill-aqwa.
Liverpool se jkollhom numru ta’ palyers neqsin minħabba injury fosthom Arthur Melo, Luis Diaz, Trent-Alexander Arnold u Joel Matip. Dan sabiex Man City se jkollhom lil Kalvin Phillips u Kyle Walker indisponibbli minħabba l-istess raġuni.
Tottenham H. v Everton
Tottenham Hotspur se jkunu qed ifittxu li jiksbu t-tielet rebħa konsekuttiva fil-kompetizzjonijiet kollha meta s-Sibt filgħaxija jilqgħu lil Everton fit-Tramuntana ta’ Londra fil-Premier League.
Il-Lilywhites nhar l-Erbgħa għelbu lil Eintracht Frankfurt bl-iskor ta’ 3-2 fiċ-Champions League, filwaqt li t-team immexxi minn Frank Lampard tilef bl-iskor ta’ 2-1 kontra Manchester United matul tmiem il-ġimgħa li għaddiet.
M’hemmx dubju li t-Toffess se jkunu qed joffru oppożizzjoni denja lil Spurs. Huma se jkollhom lill-player Nathan Patterson nieqes minħabba injury. Neqsin għal Spurs minħabba l-istess raġuni se jkunu Dejan Kulusevski u Japhet Tanganga.
Leeds v Arsenal
Dan huwa team ta’ Arsenal li sempliċement ma jistax jieqaf jirbaħ u qed jipprepara biex jaffronta ma’ Leeds United li għad irid jiskeb rebħa minn Awwissu li għadda.
Il-Gunners jibqgħu b’punt vantaġġ fuq Manchester City fil-quċċata tal-klassifika, filwaqt li t-team immexxi minn Jesse Marsch jinsab fl-14-il post tal-klassifika b’disa’ punti.
Neqsin għal Arsenal minħabba injury se jkunu Emile Smith Rowe u Oleksandr Zinchenko, waqt li Leeds mistennija jkollhom l-iskwadra kollha għad-dispożizzjoni tagħhom.
Man Utd v Newcastle Utd
Newcastle United se jkunu qed ifittxu li jżommu s-sensiela ta’ rebħ tagħhom kontra r-Red Devils wara rebħiet kbar kontra Fulham u Brentford.
Il-Magpies għandhom rekord negattiv kontra Manchester United f’Old Trafford b’rebħa waħda biss mill-1972 ‘l hawn. Il-partita tal-istaġun li għadda rriżultat f’telfa ta’ 4-1 għall- Magpies.
Manchester United madankollu, se jkunu qed jibdew favoriti li jiksbu l-punti massimi minn dan il-konfront waqt li se jkunu għadhom ġejjin minn rebħa minima ta’ 1-0 kontra Omonia Nicosia fil-UEFA Europa League.
Nieqes għall-magpies se jkun l-attakkant Żvediz, Alexander Isak, waqt li Anthony Martial u Harry Maguire se jkunu neqsin għar-Red Devils minħabba l-istess raġuni.