Saturday, December 21, 2024

Kampjonat Premier: Balzan jitilgħu fir-raba’ post tal-klassifika

Aqra wkoll

Hibernians ………0

Balzan ……………2

Balzan għelbu lil Hibernians bl-iskor ta’ 2-0, biż-żewġ goals jaslu fit-tieni taqsima biex telgħu fir-raba’ pożizzjoni. Ta’ min wieħed jirrimarka li providenzjali għal Balzan kien il-goalkeeper Danilo Golovic li ċaħħad lill-Paw­listi għal diversi drabi milli jsibu x-xibka, u fil-fatt ġie vvutat mill-ġurnalisti preżenti bħala l-BOV Player tal-Logħba.

Kienu Hibernians li ħolqu l-ewwel periklu fis-seba’ minuta iżda minn pożizzjonio ideali, Zachary Grech xeħet għoli. Fil-21 minuta free-kick mill-isbaħ ta’ Gian­nis Bastianos ġie mdawwar f’corner mill-goalkeeper,  Danilo Golovic. Żewġ minuti wara, Golovic salva t-tentattiv ta’ Jurgen Degabriele mingħajr wisq tbatija.

Iktar ma beda jgħaddi l-ħin aktar beda jirriżulta team wieħed fil-ground, u fit-28 minuta, Rodney An­twi kellu x-xutt b’saħħtu tiegħu minn ġol-kaxxa salvat mill-goalkeeper Balzani li beda jispikkaw fost sħabu.

U proprju fl-ewwel azzjoni li ħolqu Balzan, minuta biss wara, huma kellhom ferħa bla temma meta Leo­nardo da Silva Souza mill-viċin tefa’ l-ballun fis-saqaf tax-xibka, iżda r-referee Andrea Sciriha, kien saffar foul fl-attakk, li kawża tiegħu ġie ammonit Nikola Braunovic.

Hibernians wieġbu fit-38 minuta meta Ferdinando Apap bir-ras għadda tajjeb lejn Kurt Shaw li xxuttja għoli.

Fit-53 minuta, il-goalkeeper Pawlisti, Ibrahim Kone, salva xutt fil-baxx ta’ Jake Grech. Il-Pawlisti wieġbu żewg minuti wara meta Jurgen Degabriele minn qagħda ideali ra lil Golovic isalva.

Fis-60 minuta, Balzan fetħu l-iskor  permezz ta’ xutt mill-viċin tal-Ġappuniż, RYOHEI MICHIBUCHI, li ma ta l-ebda cans lil Kone.

Fil-81 minuta, kienu għoddhom irduppjaw meta   Aleksandar Katanic avvanza iżda Kone kien providenzjali meta ħareġ barra minn postu u biegħed kull periklu.

Iżda, fid-89 minuta, huma ma kellhomx jiġu mċaħħda meta DIMEI AWISANJE avvanza, dar Kone, qabel tefa’ l-ballun f’lasti vojta biex issiġilla r-rebħa Balzanija.

HIbernians: 24-Ibrahim Kone, 3-Ferdinando Apap, 5-Kurt Shaw, 10-Jurgen Degabriele, 11-Bjorn Kristensen, 13-Zachary Grech (16-Samuel Okoh 69), 21-Alex Bruno De Silva Souza (8-Robert Bairam 69), 23-Claudio Bonanni (22-Gabriel Artiles 76), 29-Giannis Bastianos, 77-Rodney Antwi, 99-Luiz Henrique Guedes (9-Armen Hovhannisyan 59)   – Coach: Branko Nisevic

BALZAN: 99-Danilo Golovic, 2-Ivan Bozovic, 5-Samir Arab, 7-Triston Caruana, 10-Jake Grech (11-Benjamin Hili 90), 18-Ryohei Michibuchi, 24-Nikola Braunovic, 27-Momcilo Raso, 42-Leonardo da Silva Souza (14-Dimeji Awosanja 79), 77-Aleksa Andrejic (6-Marcus Grima 73), 80-Peter Olawale (21-Aleksanadar Katanic 79)   – Coach: Oliver Spiteri

REFEREE: Andrea Sciriha

ASS. REFEREES: Alan Camilleri, Vasil Vasilev

RABA’ UFF: Glen Tonna

SKORERS: R. Michibuchi 60, D. Awosanja 89 (B)

AMMONITI: F. Apap, B. Kristensen (H), T. Caruana, R. Michibuchi, N. Braunovic, P. Olawale (B)

Ekonomija

Sport