Thursday, December 26, 2024

Kampjonat Premier: Birkirkara viċin il-kwalifikazzjoni għall-Ewropa

Aqra wkoll

Gzira Utd………..….1

Birkirkara………….3

Birkirkara komplew jikkonfermaw lilhom infushom bħala t-Team tal-mument, meta kkonsolidaw it-tieni post tagħhom, hekk kif għelbu lil Gzira United bl-iskor konvinċenti ta’ 3-1. B’hekk, komplew ikabbru l-problemi ta’ dawn tal-aħħar, b’din tkun ir-raba’ telfa konsekuttiva għall-Maroons.

Kienu Gzira li ħolqu l-ewwel periklu fis-16-il minuta meta wara li rċieva minn freekick ta’ Steve Pisani, Gabriel Bohrer Mentz għola tajjeb iżda kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu tintemm ftit għoli.

Huma komplew fuq l-offenisva u fit-28 minuta, tilfu ċans tad-deheb li jiftħu l-iskor meta Steve Pisani venven xutt minn barra l-kaxxa li ħareġ l-aħjar tal-goalkeeper tal-Istripes, Amara Syalla, li salva tajjeb mgħejjun mill-wieqfa, biex mir-rebound Zachary Scerri, kellu t-tentattiv tiegħu li deher jaħbat ma’ id Kut Zammit, bir-referee Philip Farrugia, iżda jħalli l-logħob għaddej u jordna corner.

Iżda kontra x-xejra tal-logħob kienu Birkirkara li fetħu l-iskor fit-33 minuta meta Alessandro Iorio għadda tajjeb lejn ALESSANDRO COPPOLA li minn pożizzjoni ideali u prmezz ta’ xutt fil-baxx tefa’ ġewwa.

Inkorraġiti minn dan il-goal, l-Istripes bdew jipproduċu logħob sabiħ u fit-42 minuta Simon Zibo kellu xutt b’saħħtu minn tarf il-kaxxa li għadda għoli.

L-azzjoni sussegwenti waslet biss fit-72 minuta u li permezz tagħha, Birkirkara, rduppjaw l-iskor meta ENZO DANIEL CABRERA kellu x-xutt fil-baxx u angulat tiegħu minn ġol-kaxxa jintemm fir-rokna tax-xibka.

Huma ssiġillaw ir-rebħa permezz tat-tielet goal, tliet minuti wara, permezz ta’ freekick insidjuż tas-sostitut MATTEO FEDELE li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper David Cassar, li f’din il-partita kien qed jieħu post il-goalkeeper titolari Kroat, Darijan Zarkov.

Gzira U. naqqsu l-marġni tal-iskor fil-ħin miżjud permezz ta’ xutt fil-baxx minn qagħda ideali ta’ NIKOLAI MUSCAT.

Gzira U.: 1-David Cassar, 3-Gabriel Bohrer Mentz, 7-Steve Pisani (47-Brookyln Borg 77), 8-Zachary Scerri (98-Jackson Mendoza 60) 9-Marcelo Dias, 16-Luis Carlos Riascos (4-Andrew Borg 77), 22-Toni Kolega, 23-Jose Costa Ewerton Silva (21-Jean Paul Attard 82), 44-Marko Cosic, 93-Thiago Espindola (6-Nikolai Muscat 46), 94-Jefferson de Assis Coach: Darren Abdilla

Birkirkara: 19-Amara Sylla, 2-Osvaldo Iorio, 8-Yannick Yankam (20-Matteo Fedele 69), 10-Paul Mbong (25-Neil Micallef 80), 11-Kurt Zammit, 22-Cain Attard, 30-Enzo Daniel Cabrera (23-Jean Paul Farrugia 80), 42-Simon Zibo, 72-Alessandro Coppola, 77-Denis Custodio Ribeiro (5-Enrico Pepe 85), 99-Andrei Ciolacu (92-Kevin Tulimieri 69) Coach: Giovanni Tedesco

Referee: Philip Farrugia

Ass. Referees: Alan Camilleri, Luke Portelli

Raba’ Uffiċjal: Trustin Farrugia Cann

Skorers: A. Coppola 33, E. D. Cabrera 72, M. Fedele 75 (B), N. Muscat 93 (G)

Ammoniti: J. De Assis, L. C. Riascos, Z. Scerri, M. Dias, N. Muscat (G), P. Mbong, E. D. Cabrera (B)

Player tal-Logħba: Alessandro Coppola (B)

Ekonomija

Sport