Friday, December 27, 2024

Kampjonat Premier: Draw li kkuntenta lil Marsaxlokk

Aqra wkoll

Marsaxlokk ……1

Hibernians …….1

Hibernians u Marsaxlokk temmew il-konfront ta’ bej­niethom fi draw ġust ta’ 1-1 li l-aktar li kkuntenta kien lix-Xlukkajri.

Dan minħabba li t-team immexxi mill-coach, Winston Muscat, baqa’ żewġ punti vantaġġ fuq il-Paw­listi fit-tentattiv li x-Xlukkajri jkomplu jisfidaw għal post fil-UEFA Conference League min­kejja li ġew milħuqa minn Birkirkara li għelbu lil Sirens bl-iskor ta’ 2-1.

Kienu Hibernians li ħol­qu l-ewwel periklu fl-20 minuta meta wara li rċieva minn free-kick ta’ Giannis Bastianos, Lucas Caruana bir-ras tefa’ ftit għoli.

Marsaxlokk wieġbu erba’ minuti wara meta Weder Soares ikkonnettja minn cross minn fuq ix-xellug iżda d-daqqa ta’ ras tiegħu ma kinitx preċiża.

Fis-26 minuta, xutt tal- midfielder Pawlist, Jurgen Degabriele, minn barra l-kaxxa għall-Paw­listi għadda għoli.

Madakollu, Marsaxlokk fetħu l-iskor fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima meta YURI DE JESUS MESSIAS b’xutt fil-baxx għeleb għal kollox lill-goalkeeper, Jonathan Debono.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Hibernians ħarġu aktar avventurużi u proprju fit-tieni minuta, Kurt Shaw ra t-tentattiv tiegħu jiġi salvat mill-goalkeeper Xlukkajr, Marko Drobnjak.

Peró, mas-siegħa logħob it-team immexxi mill-coach, Branko Nisevic, kiseb il-goal tad-draw meta Zachary Grech xeħet cross lejn RODNEY ANTWI li minn taħt il-lasti ma żbaljax.

Iżda, fl-74 minuta, Hibernians qalghu daqqa ta’ ħarta meta spiċċaw jilagħbu b’10 players wara li tkeċċa d-difesnur, Ferdinado Apap, Wara li  rċieva t-tieni karta safra.

Żewġ minuti Marsa­xlokk kienu sfortunati li ma rduppjawx meta kanunata ta’ Ryan Scic­luna stampat mal-wieqfa, bil-Pawlisti je­ħilsuha ħafif.

Sat-tmiem, ix-Xlukkajri ma għarfux japprofittaw mis-superjoritá numerika.

MARSAXLOKK: 95-Marko Drobnjak, 3-Weder Soares, 6-Nikolai Muscat, 10-Yuri De Jesus Messias, 17-Jacob Walker, 19-Armah Vaikanah (23-Samuel Boakye 86), 27-Leandro Aguirre, 28-Nikola Raden, 30-Ryan Scicluna, 88-Sunday Akinbule, 94-Jose Fernando Gomes (99-Anthony Obonogwu 75)   – Coach: Winston Muscat

HIBERNIANS: 1-Jonathan Debono, 3-Ferdinando Apap, 5-Kurt Shaw, 6-Lucas Carua­na (31-Eriks de Souza 90), 10-Jurgen Degabriele (99-Luiz Guedes 82), 13-Zachary Grech, 16-Samuel Okoh, 23-Claudio Bonanni, 25-Mamadou Bakayoko, 29-Giannis Bastianos, 77-Rodney Antwi (22-Gabriel Izquier Artiles 90)   – Coach: Bran­ko Nisevic

REFEREE: Malcolm Spiteri

ASS. REFEREES: Duncan Sultana, Shaun Calleja

RABA’ UFF: Glen Tonna

SKORER: Y. De Jesus Messias 45 (M), R. Antwi 60 (H)

AMMONITI: N. Muscat, A. Vaikanah, R. Scicluna, J. Feranndo Gomes Junior (M), F. Apap (H)

TKEĊĊA: F. Apap 74 (H)

Ekonomija

Sport