SIRENS ……….0
STA LUCIA….. 0
Sirens u Santa Lucia għadhom qed ifittxu l-ewwel rebħa tagħhom hekk kif temmew il-konfront ta’ bejnitehom fi draw ta’ mingħajr goals liema riżultati ma kkuntenta lil ħadd minħabba li ż-żewġ timijiet qed jaqsmu l-aħħar post.
Ta’ nota huwa l-fatt li qabel il-partita, il-captain ta’ Santa Lucia, Jurgen Pisani ingħata flokk kommemorattiv mill-president tal-club, Robert Micallef, fl-okkażjoni tal-200 partita tiegħu fl-ogħla diviżjoni.
Kienu Sta Lucia li ħolqu l-ewwel periklu, fil-25 minuta, meta Alessio Piazza serva lil Jurgen Pisani minn fuq ix-xellug iżda x-xutt angolat tiegħu ġie mblukkat minn mill-goalkeeper, Andrea Cassar …. b’Pisani jieħu r-rebound u għadda lejn Piazza li xeħet lejn Wagner li xeħet għoli.
Eżatt wara s-siegħa logħob, Evandro bidel il-ballun ma’ Wagner iżda x-xutt tiegħu minn barra l-kaxxa spiċċa għoli. Sirens wieġbu bi free-kick ta’ Nicholas Pulis li ġie mblukkat u l-konklużjoni ta’ Prosper Boakye mir-rebound ġiet newtralizzata minn Celio.
Fl-aħħar mumenti, il-Luċjani tefgħu kollox fuq l-attakk, u resqu viċin li jiskorjaw il-goal tar-rebħa b’xutt ta’ Steve Pisani minn barra l-kaxxa li għadda ftit għoli.
Seba’ minuti minn tmiem il-partita, tentattiv ta’ Piazza ġie kklerjat minn fuq il-linja fatali minn Alex Cini biex il-Pawlini ħelsuha ħafif.
Fil-ħin miżjud, il-free-kick ta’ Steve Pisani ġie salvat minn Cassar.
Sirens: 1-Andrea Cassar, 3-Tiago Bettim, 5-Prosper Boakye, 8-Nicholas Pulis (96-Daniel Agius 87), 11-Daniel Opoku, 18-Mohammed Akadom, 22-Alex Cini, 29-Kwasi Donsu, 31-Degran Jackson (9-Jonathan Hinestroza 80), 32-Mukhtar Moro, 99-Nixon (10-Frank Boateng 66) – Coach: Steve D’Amato
Sta Lucia: 12-Franciso Celio, 3-Mattias Ellul, 7-Steve Pisani, 9-Eduardo Wagner, 14-Dexter Xuereb (80-Evandro Pinto Gomes 55), 17-Jurgen Pisani, 20-Gonzalo Nicolas Virano (15-Adam Bradshaw 88), 22-Hulk (18-Jan Tanti 74), 27-Alessio Piazza, 29-Jed Valletta (10-Tatsuro Nagamtsu 46), 55-Sven Xerri – Coach: Alessandro Zinnari
Referee: Fyodor Zammit
Ass. Referees: James Muscat, Kurt Saliba
Raba’ Uffiċjal: Emanuel Grech
Skorers: Ħadd
Ammoniti: P. Boakye, M. Moro, Nixon (S), S. Pisani, E. Wagner, D. Xuereb (SL)
Player tal-Logħba: Jurgen Pisani (SL)