Hibernians …….0
Floriana ………..2
Floriana kisbu rebħa ta’ 2-0 fuq Hibernians, bil-goals jaslu wieħed f’kull taqsima. B’hekk il-Greens laħqu momentarjament lil Hamrun Spartans fil-quċċata tal-klassifika, b’dawn tal-aħħar iridu jirkupraw partita hekk kif illum jilagħbu kontra Gudja United.
Għalkemm Floriana kisbu l-punti massimi, Hiberians offrew oppożizzjoni denja speċjalment fl-ewwel taqsima, fejn laqtu wkoll il-wieqfa, permezz ta’ Giannis Bastianos.
L-ewwel azzjoni perikoluża waslet fit-12-il minuta b’Hibernians ikunu huma li joħolqu l-periklu meta Jurgen Degabriele avvanza tajjeb iżda ra lill-goalkeeper, Georgi Kitanov, idawwar f’corner.
Floriana wieġbu fil-25 minuta permezz ta’ xuttt insidjuż ta’ Alexandros Kouro li ġie salvat mill-goalkeeper, Ibrahim Kone, li kien qed jirritorna mit-Tazza tal-Asja fejn irrappreżenta lil pajjiżu tal-Guinea.
II-Pawlisti reġgħu ħolqu l-periklu meta Jurgen Degabriele minn pożizzjoni ferm ideali għamel l-impossibbli u kkonkluda barra.
Hibernains baqgħu jipproduċu logħob sabiħ u, fl-40 minuta, Giannis Bastianos ittanta xortih permezz ta’ xutt mid-distanza li iżda stampa mal-wieqfa, bil-Greens jeħilsuha ħafif.
Iżda kontra x-xejra tal-logħob, fil-45 minuta, kienu Floriana li fetħu l-iskor meta s-sostitut Willie Furtado indirizza cross-shot għan-nofs li sab lil KEMAR REID li minn taħt il-lasta sammar il-ballun fix-xibka.
Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, il-Greens ħarġu fuq l-offensiva u fil-51 minuta, kellu x-xutt fil-baxx salvat minn Kone.
Fil-66 minuta rduppjaw l-iskor meta MATHEUS DE SOUSA avvanza minn max-xellug, ra lil Kone barra minn postu, u permezz ta’ lob delizzjuż, qabbeż il-ballun minn fuqu.
Fit-88 minuta, resqu viċin li jnaqqsu l-marġni tal-iskor iżda Bastianos sab lil Kitanov attent.
HIBERNIANS: 24-Ibrahim Kone, 3-Ferdinando Apap (99-Gabriel Fernandes Alves 69), 5-Kurt Shaw, 10-Jurgen Dgabariele (13-Zachary Grech 85), 11-Bjorn Kristensen (6-Lucas Caruana 31), 20-Atrem Radchenko, 21-Alex Bruno De Souza Silva (77-Rodney Antwi 69), 22-Gabriel Izquier Artiles (17-Isaiah Ckukunyere 85), 23-Claudio Bonanni, 25-Mamadou Bagayaoko, 29-Giannis Bastianos – Coach: Branko Nisevic
FLORIANA: 33-Georgi Kitanov, 4-Oualid El Hasni, 7-Mattia Veselji (10-Joe Ulises Arias 66), 9-Kemar Reid, 11-Matheus De Sousa (22-Kyrian Nwoko 81), 12-Dunstan Vella (24-Lorenzo De Grazia 81), 17-Owen Spiteri, 20-Matias Nicolas Garcia, 21-Carlo Zammit Lonardelli (94-Willis Furtado 39), 42-Maksim Valadzko, 55-Alexandros Kouro – Coach: Mauro Camoranesi
REFEREE: Glen Tonna
ASS. REFEREES: Duncan Sultana, Shaun Calleja
RABA’ UFF: Malcolm Spiteri
SKORERS: K. Reid 45, M. De Sousa 66 (F)
AMMONITI:M. Veselji, O. Spiteri, M. N. Garcia (F), B. Kristensen (H)