Saturday, September 14, 2024

Kampjonat Premier: Floriana miżmuma minn Naxxar Lions

Aqra wkoll

Floriana …………1

Naxxar L. ………1

Floriana fallew l-ewwel punti tal-istaġun meta sfaw miżmuma fi draw diżappuntanti ta’ 1-1 mingħajr ma jitnaqqas il-mertu ta’ Naxxar Lions.

Il-Greens fetħu l-iskor fit-33 minuta meta DUNSTAN VELLA minn pożiz­zjoni ideali tefa’ ġewwa, bix-xutt tiegħu ikun devjat għal ġewwa minn difensur ta’ Naxxar, b’dan ikun l-ewwl goal tiegħu bil-flokk Furjaniż.

Iżda Naxxar wettqu reaz­zjoni mmedjata u minuta biss wara, ġabu l-iskor indaqs meta TAKUMA YAMAGUCHI rebaħ il- ballun mingħand Carlo Zammit Lonardelli qabel qabbeż il-ballun minn fuq il-goalkeeper, Georgi Kitanov …  biex filwaqt li dan kien it-tieni goal tal-attakkant Ġappuniż … kien ukoll l-ewwel goal li sofrew Floriana f’dan l-istaġun.

It-tieni taqsima kienet ikkaraterizzata minn ħafna logħob f’nofs il-ground fejn ma ġiet innotata l-ebda azzjoni denja ta’ nota, bl-aħħar mumenti tal-partita kienu kemmxejn nervużi.

Floriana: 33-Georgi Kitanov, 2-Adam Magri Overend (7-Mattia Veselji 62), 4-Oualid El Hasni, 8-Jose Ulises Arias (24-Lorenzo De Grazia 82), 9-Kemar Reid, 11-Matheus De Sousa, 12-Dunstan Vella, 20-Matias Nicolas Garcia (22-Kyrian Nwoko 72), 21-Carlo Zammit Lonardelli (14-Eman Micallef 46), 42-Maksim Valadzko, 55-Alexandeos Kouro Coach: Mauro Geran Camoranesi

Naxxar L.: 1-Matthias Debono, 3-Nikolai Micallef, 8-Neil Pace Cocks (11-Daren Falzon 72), 9- Pablo De Carvalho, 10-Edson Farias (18-Joel Ellul 89), 15-Ryan Gilmour Cas­sar, 17-Takuma Yamaguchi, 20-Elizeu Espirito Santo (7-Mark Fenech 81), 22-William Moreira D Silva, 23-Maicon De Souza, 33-Joao Vitor Moura Coach: Geirge Vella 

Referee: Darryl Agius

Assistenti: Mitchell Scerri, Thomas Debono

Raba’ Uffiċjal: Jo-Anna Vassallo

Skorers: D. Vella 33 (F), T. Yamaguchi 34 (N)

Ammoniti: G. Kitanov, O. El Hasni, M. N. Garcia, C. Zammit Lonardelli, A. Kouro (F), P. De Carvalho (N), T. Yamaguchi, E. Da Conceiaco, W. da Silva Marcilio, D. Falzon (N)

Player tal-Logħba: Dunstan Vella (F)

Ekonomija

Sport