Thursday, December 26, 2024

Kampjonat Premier: Hamrun Spartans jegħlbu lil Floriana b’goal fil-ħin miżjud

Aqra wkoll

Hamrun S. ………1

Floriana ………….0

Hamrun Spartans fetħu beraħ il-BOV Kampjonat Premier meta għelbu lil-leaders Floriana bl-iskor ta’ 1-0, bl-uniku goal jasal fit-tielet minuta tal-ħin miżjud … biex issa l-Ispartans qed jaqsmu l-ewwel post.

Peró, wieħed jista’ jgħid li Floriana kienu l-aħjar team fl-ewwel taqsima, fejn fallew ukoll penalty fl-istadji bikrin, b’Hamrun jesprimu l-aħjar logħob fit-tieni taqsima, bil-konsegwenza li ġew ippremjati.

Għall-Ispartans, irritorna Ryan Camenzuli wara li serva logħba sospensjoni.

Floriana rebħu penalty, fit-12-il minuta, proprju fl-ewwel periklu li ħolqu meta Kemar Reid twaqqa’ fil-kaxxa.

Iżda mill-11-il metru, Jose Ulises Arias li ra lill-goalkeeper  Henry Bonello, isalva  t-tentattiv tiegħu biex dan kien it-tieni penalty li falla f’dan l-istaġun.

Man-nofs siegħa logħob Floriana resqu viċin iżda d-daqqa ta’ ras ta’ Owen Spiteri ħarġet l-aħjar ta’ Bonello.

Il-Greens, komplew jiddo­minaw u fid-39 minuta,  Kemar Reid qabeż player avversarju qabel venven xutt b’saħħtu mid-distanza li għadda għoli.

Fid-69 minuta, waslet l-ewwel azzjoni perikoluża tal-Ispartans meta l-cross-shot ta’ Joseph Mbong kien għoddu qarraq bil-goalkeeper, Georgi Kitanov, bil-ballun jiżloqlu minn idu iżda d-difiża Furjaniża kienet pronta ttajru minn fuq il-linja fatali fost il-protesti tal-kamp Ħamruniż li kienu tal-fehma li l-ballun qabeż l-istess linja.

Florina wieġbu ħames minuti wara, permezz ta’ xutt mid-distanza li ġie mdawwar f’corner minn Bonello. 

Fit-82 minuta, Hamrun kienu sfortunati li ma fetħux l-iskor meta xutt ta’ Luke Montebello minn barra l- kaxxa ġie mdawwar f’corner minn Kitanov.

Iżda fit-93 minuta, Hamrun skorjaw il-goal tar-rebħa meta Luke Montebello niżżel il-ballun bir-ras lejn ROKO PRSA li mill-viċin tefa’ f’lasta vojta.

HAMRUN S.: 1-Henry Bonello, 4-Steve Borg, 7-Luke Montebello, 10-Joseph Essien Mbong, 12-Roko Prsa, 14-Elionay Freitas da Silva, 23-Uros Duranovic (25-Ederson Bruno Domingos 79), 27-Ognjen Bjelicic (30-Seth Paintsil 79), 91-Emerson Marcelina, 94-Ryan Camenzuli, 98-Jonny   – Coach: Luciano Zau­ri

FLORIANA: 33-Georgi Kitanov, 4-Oualid El Hasni, 8-Jose Ulises Arias (7-Mattia Veselji 75), 9-Matheus De Sousa (94-Luis Willis 87), 12-Dunstan Vella (24-Lorenzo De Grazia 87), 17-Owen Spiteri, 20-Matias Nicolas Garcia, 21-Carlo Zammit Lonardelli (77-Aleandro Garzia 92), 42-Maksim Valadzko, 55-Alexander Kouro   – Coach: Mauro Camoranesi

REFEREE: Ishmael Barbara

ASS. REFEREES: Duncan Spencer, James Muscat

RABA’ UFF: Philip Farrugia

SKORER: R. Prsa 93 (HS)

AMMONITI: J. Zerafa, J. E. Mbong, L. Montebello, R. Camenzuli (HS)

Ekonomija

Sport