Tuesday, December 24, 2024

Kampjonat Premier: Il-protest ta’ Mosta kontra Nilton Soares Rodrigues ma jintlaqax

Aqra wkoll

Il-Bord tal-Protesti tal-MFA ma laqax il-protest imressaq minn Mosta dwar l-ineliġibbiltá tal-player Brażiljan ta’ Valletta, Nilton Soares Rodrigues. 

Din il-partita mill-Kampjonat Premier ntlagħbet fid-19 ta’ Frar li għadda fejn iż-żewġ timijiet temmew fi draw ta’ mingħajr goals u kienet ikkontrollata mir-referee Philip Farrugia. 

Il-player in kwistjoni beda l-partita iżda tkeċċa fit-68 minuta wara li ġie muri żewġ karti sofor, it-tnejn għal simulazzjoni. 

Huwa ngħaqad ma’ Valletta mingħand il-club Grieg Pa­nachaiki. 

Wara li tressaq dan il-protest, il-Bord ikkonkluda li l-player ta’ 29 sena kien fil-fatt eliġibbli li jilgħab u ma Valletta ma kisru l-ebda regola u għaldaqstant ir-riżultat ta’ 0-0 jibqa’ fis-seħħ. 

Peró għall-partita tal-Ħadd li ġej kontra Gzira United, Nilton huwa sospiż. 

Huwa ddebutta nhar it-8 ta’ Jannar, li għadda, fid-draw ta’ 1-1 kontra Pietá Hotspurs. S’issa huwa lagħab tliet partiti tal-kampjonat. 

Ekonomija

Sport