Tuesday, December 24, 2024

Kampjonat Premier: Konfront mill-aktar diffiċli għal Hamrun Spartans

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Wara l-impenji tat-team nazzjonali fil- UEFA Nations League, ma­tul dawn it-tlett ijiem tintlagħab it-tmien ġurnata tal-Premier League, bl-aktar konfront li mistenni jiġbed spettaturi huwa dak bejn il-leaders Birkirkara u ċ-champions renjanti, Hamrun Spartans.  

U filwaqt li jittamaw li l-Karkariżi ma joħorġux rebbieħa, Floriana, li jinsabu fit-tieni post, jaffrontaw lil Marsaxlokk li ġejjin minn żewġ rebħiet konsekuttivi u bħal donnhom qabdu r-ritrmu. 

Hiberians għandhom partita mill-aktar delikata meta jiffaċċjaw lil Mosta li huma fil-bżonn tal-punti biex itemmu l-Ewwel Fażi mal-ewwel sitt timijiet. 

Sliema Wanderers jim­miraw li jirritornaw għar- rebħ meta jiltaqgħu kontra Zabbar St Patrick li jinsabu fil-qiegħ tal-klassifika. 

Gzira United jistennew sfida diffiċli kontra Naxxar Lions li minkejja li jinsabu fil-post ta’ qabel l-aħħar dejjem kienu avversarji denji u li ma jistħoqqilhomx ikunu f’din il-pożiz­zjoni. 

Il-konfront bejn Melita u Balzan għandu jkun wieħed mill-aktar interessanti bejn żewġ timijiet ta’ nofs il-klassifika fejn reb­ħa għall-Ġiljaniżi tarahom jaqbżu lill-Balzanin. 

Birkirkara v Hamrun S. – Xejn għajr minn reb­ħa ma tissodisfa l-kriterji taċ-champions Hamrun Spartans kontra l-leaders, Birkirkara, hekk kif jinsabu distakkati tmien punti warajhom. 

Din il-logħba se tkun test ieħor diffiċli għall-Ispartans li huma biss id-dell tal-forma li għamlithom champions fl-istaġun li għad­da.

Wara li fl-ewwel partita spiċċaw fi draw ta’ 3-3 kontra Balzan, l-Istripes ir­reġistraw sitt rebħiet konsekuttivi li fihom ma sofrew l-ebda goal … bl-aħħar waħda tkun fuq Sliema Wanderers (1-0), b’dawn tal-aħħar isofru l-ewwel tel­­fa tal-istaġun. 

Issa wieħed irid jara kemm Birkirkara se jżommu l-istess konsistenza u l-istess momentum min­ħabba l-waqfa internaz­zjonali jew inkella ki­nitx ta’ distrazzjoni. 

Min-naħa tal-Ispartans, jimmiraw li jirritornaw għar-rebħ hekk kif ġejjin minn telfa ta’ 2-0 kontra Hibernians. 

Iż-żewġ timijiet mistennija li jinżlu bl-aqwa formazzjoni possibbli. 

Marsaxlokk v Floriana – Din hija partita delikata għal Floriana meta jilagħbu kontra team li bħal donnu sab il-forma hekk kif ġej minn żewġ rebħiet wara ħames telfiet infila. 

Il-bidla tal-coach, b’Enzo Potenza fit-tmexxija ġabet magħha stabbiltá fit-team ta’ Marsaxlokk hekk kif jimmira għat-tielet rebħa fit-tentattiv li jkompli jiġbor il-punti biex itemm mat-Top 6. 

Anke l-Greens jimmiraw għat-tielet rebħa konsekuttiva, peró, jistgħu jkunu mingħajr il-midfielder, Car­lo Zammit Lonardelli, li fir-rebħa ta’ 2-0 kontra Mosta, kellu jinbidel wara biss tmien minuti minħabba injury fil-hamstring. 

Sliema W. v Zabbar SP – Sliema Wanderers jibdew favoriti netti li jiksbu t-tliet punti meta jiltaqgħu kontra Zabbar St Patrick, li f’dan il-programm se jkunu mmexxija mill-coach il-ġdid, it-Taljan Aniel­lo Parisi, wara t-tkeċċija ta’ Joao Pedro De Oliveira wara li minn seba’ partita kiseb biss erba’ punti. 

Iż-żewġ timijiet għandhom player sospiż – Murilo Henrique Freire Bernardo għal Sliema u Joao Pedro Mendonca għal Zabbar. 

Fl-istess waqt għandhom ukoll player li jirritorna minn sospensjoni – Myles Beerman għas-Slimiżi u Strahinja Jovancic għaż-Żabbarin li temm sospensjoni ta’ żewġ par­titi. 

Mosta v Hibernians – Wara r-rebħa impressjo­nanti ta’ 2-0 fuq Hamrun Spartans, Hibernians għan­dhom partita kontra team li jinsab fil-bżonn tal-punti hekk kif ġej minn żewġ telfiet infila u għaldaqstant jimmiraw għal rebħa kon­xji mill-fatt li jispiċċaw fil- Bottom Six fit-tieni round tal-Ewwel Fażi. 

Fil-veritá, il-Pawlisti jibdew favoriti iżda jridu juru rispett lejn l-avversarji. 

Bħalissa huma jinsabu ħames punti taħt il-leaders Birkirkara u ma jaffordjawx li jwaqqgħu aktar punti jekk iridu jibqgħu jisfidaw. 

Mosta ma jistgħux jinkludu lil Joao Victor De Souza Teixeira minħabba li jinsab sospiż.

Naxxar L. v Gzira U. – Il-fatt li Naxxar Lions jidhru li se jkunu fil-Bottom Six, dan huwa test għal Gzira United li ma jistgħux ifallu minħabba li jstgħux jinqabdu mal-aħħar sitta. 

Rebħa tpoġġihom f’po­żizzjoni tajba iżda kull riżultat ieħor ipoġġihom f’sitwazzjoni prekarja.

Il-Maroons se jkunu msaħħa bir-ritorn tal-midfielder mill-Kamerun, Joseph Minala, li skonta sos­pensjoni ta’ tliet partiti.  

Melita v Balzan – Meli­ta jiltagħu kontra Balzan u hija prijoritá għaż-żewġ timijiet li joħorġu b’rebħa hekk kif ikun fadal tliet partiti biex jintemm l-ewwel round ta’ din il-fażi fejn jinqasmu t-timijiet. 

Rebħa għal Melita tkun tfisser li jaqbżu lil Balzan fis-seba’ post u jixħtu pressjoni fuq il-Gżirjani għas-sitt post. 

Iżda rebħa għall-Balzanin jinqatgħu minn Melita b’ħames punti li jkun ifs­ser li dawn tal-aħħar jilagħbu fil-Bottom Six. 

Ekonomija

Sport