Sunday, December 29, 2024

Kampjonat Premier: Mosta jissorprendu lil Birkirkara

Aqra wkoll

Birkirkara …….0

Mosta ……………2

Mosta ħasdu lil Birkirkara meta għelbuhom bl-iskor ta’ 2-0, b’din tkun l-ewwel rebħa għall-Blues f’dan l-istaġun.

Filwaqt li b’din ir-rebħa l-Mostin inqalgħu min-naħa t’isfel tal-klassifika, Birkirkara komplew jiddiżappuntaw hekk kif sofrew it-tieni telfa … wara l-aspettattivi għoljin li kellhom.

Mosta fetħu l-iskor fid-disa’ minuta meta minn corner mogħti minn Willie Britto, il-captain ZACHARY BRINCAT, approfitta minn ħarġa erratika tal-goalkeeper Pollakk, Marcel Zapytowski, u permezz ta’ daqqa ta’ ras preċiża tefa’ ġewwa.

Huma komplew fuq l-offensiva u fis-17-il minuta, xutt minn tarf il-kaxxa ta’ Linus Precious Tenebe għadda għoli.

Il-Mostin komplew jiddettaw il-loghob u fil-21 minuta, xutt ta’ Zachary Brincat minn tarf il-kaxxa għadda għoli.

Birkrikara wieġbu għall- ewwel darba fit-28 minuta meta Alex Satariano kellu xutt fil-baxx jiġi mdawwar f’corner mill-goalkeeper, D­avid Udoh Akpan.

L-Istripes komplew jipproduċu l-isbaħ logħob u fil-31 minuta, reġa’ kien Satariano li mill-viċin impenja lil Akpan li reġa’ dawwar f’corner.

Il-Karkariżi komplew jiddominaw u fil-45 minuta xutt ta’ Yannick Yankam, kważi minn fuq il-penalty spot, ġie salvat f’corner minn Akpan.

Mosta ħolqu l-periklu fis-57 minuta meta ż-żagħżugħ Nathan Agius qabeż taj­jeb żewġ players avversarji qabel kellu x-xutt fil-baxx salvat tajjeb minn Zapytowsky.

Madankollu, fis-70 minuta, huma rduppjaw meta d-difensur ta’ Birkirkara, Marko Dursisic, ikklerja l-ballun ħażin li ntemm għand Isaiah Aliyu li xeħet lejn ERIC MENSAH li bir-ras mill-viċin tefa’ l-ballun f’lasti vojta.

Huam komplew fuq l-offensiva u fl-74 minuta, l-is­tess Mensah kellu x-xutt tiegħu devjat f’corner minn Zapytowski.

Fit-83 minuta, Birkirkara fallew ċans taad-deheb li  jnaqqsu l-marġni tal-iskor meta Simon Zibo, mill-qrib xeħet inkredibbilment għoli.

Mosta komplew jamministraw il-vantaġġ doppju li kellhom sa tmiem il-partita.

BIRKIRKARA: 1-Marcel Zapytowski, 4-Jovan Pajovic, 5-Enrico Pepe, 8-Yannick Yankam (15-Kaiden Fenech 79), 10-Paul Mbong, 11-Kurt Zammit, 20-Alex Satariano (21-Manuel De Filippis 79), 24-Enmy Manuel Pena Beltre (70-Omar Elouni 83), 42-Simon Zibo, 77-Ali Diakite (99-Andrei Ciolacu 46), 91-Maxuell Maia (6-Marko Durisic 66)  – Coach: Giovanni Tedesco

MOSTA: 22-David Udoh Akpan, 4-Gustavo Chara, 8-Damian Aneni (5-Sasha Cachia 90), 10-Linus Precious Tenebe (27-Eric Mensah 52), 11-Christian Nnaji, 13-Clayton Failla, 20-Willie Britto, 21-Nathan Agius (6-Nathan Obidike 90), 74-Jake Vassallo, 77-Zachary Brincat (2-William Legault 90), 92-Kevin Tulimieri (7-Isah Aliyu 63)   – Coach: Joseph Grech

REFEREE: Fyodor Zammit

ASS. REFEREES: Roberto Vella, Duncan Spencer

RABA’ UFF: Daniel Casha

SKORERS: Z. Brincat 9, E. Mensah 70 (M)

AMMONITI: G. Chara, D. Evans, W. Britto (M), K. Fenech, K. Zammit (B)

Ekonomija

Sport