Thursday, December 19, 2024

Kampjonat Premier: Partiti delikati għal Hibernians, Floriana u Hamrun Spartans

Aqra wkoll

Bejn illum u għada tintlagħab is-17-il ġurnata tal-BOV Kampjo­nat Premier fejn Hibernians li jinsabu fl-ewwel post ji­lagħbu kontra Sliema Wanderers li  qed jokkupaw l- aħ­ħar post. 

Partita oħra interessanti hija dik bejn Gzira United u Hamrun Spartans filwaqt li Floriana għandhom partita diffiċli kontra Balzan. 

Valletta jittamaw li jirritornaw għar-rebħ kontra Sirens u Birkirkara jridu joqogħdu attenti mill-”mewġa” ta’ Gudja United biex ma jispiċċaw ir-raba’ vittmi konsekuttivi. 

F’konfront min-naħa t’isfel tal-klassifika Mosta jiltaqgħu kontra Sta Lucia.  

Hibernians v Sliema W. – Din hija partita delikata għal-leaders Hibernians fejn jiltaqgħu kontra Sliema Wanderers li jinsabu fil-qiegħ tal-klassifika. 

Il-Pawlisti jimmiraw li jirritornaw għar-rebħ wara li ġew miżmuma għat-tielet darba nfila fejn fallew sitt punti importanti. 

Huma ġejjin minn draw ta’ mingħajr goals kontra Sta Lucia fejn dehru frustrati li ma setgħux jinfdu d-difiża avversarja biex għat-tieni darba f’dan l-istaġun naqsu li jsibu x-xibka avversarja. 

Min-naħa l-oħra, il-Wan­de­rers saħħew it-tamiet tagħ­hom għas-salvazzjoni b’żewġ rebħiet mistħoqqa kontra Balzan u Sirens bl-iskor identiku ta’ 1-0. Huma qed jidhru li sabu l-forma wara sensiela ferm diżappuntanti ta’ 14-il partita mingħajr rebħa. 

Rebħa hija imperattiva għaż-żewġ timijiet speċjalment għall-Blues minħabba li jridu jżommu l-pass mar-rivali diretti tagħhom li kollha rebħu l-punti fil-programm preċedenti. 

Hibernians se jkollhom neqsin lit-tliet players sospiżi – Jake Grech, Gab­riel Artiles u Taylor Aldama filwaqt li Danny Holla se jkun nieqes għal Sliema għall-istess raġuni iżda Raffaele Schiavi jirritorna minn sospensjoni. 

Fl-ewwel round Hiber­nians għelbu lil Sliema 3-0

Gzira U. v Hamrun S. – Dan huwa konfront diffiċli għal Hamrun Spartans li ma jaffordjawx iwaqqgħu aktar punti wara li fl-aħħar tliet partiti kisbu biss tliet punti u għaldaqstant inkiser ir-ritmu pożittiv ta’ erba’ rebħiet wara xulxin … biex jinsabu fit-tielet post tal-klassifika … seba’ punti wara l-leaders Hibernians.  

Min-naħa l-oħra, Gzira United ġejjin minn telfa ta’ 1-0 kontra Birkirkara li b’aktar attenzjoni setgħu anke ħadu t-tliet punti. 

L-Ispartans se jkollhom  jgħaddu mingħajr iż-żewġ players, Claude Dielna u Emerson Marcelina, għax sospiżi filwaqt li Steve Borg jirritorna minn sospensjoni.

Il-Maroons, li fl-ewwel round kienu ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 1-0, għandhom il-players kollha disponibbli. 

Floriana v Balzan – Floria­na jaffrontaw lil Balzan li fl-aħħar erba’ ħarġiet akkwis­taw punt wieħed biss bil-konsegwenza li niżlu fit-tmien post tal-klassifika. 

B’hekk il-pressjoni qed tkompli tikber fuqhom fejn il-mira tagħhom issa hija li jikkwalifikaw għaċ-Championship Pool.  

Bil-mira li l-Greens jirrepetu s-suċċess tar-rebħa  (ta’ 2-1) fl-ewwel round, il-ksib tat-tliet punti jkomplu jmexxuhom fid-direzzjoni lejn l-isfida għar-rebħ tat-  titlu fejn jittamaw ukoll għal żelqa minn Hiber­nians biex inaqqsu d-distakk fil- quċċata tal-klassifika. 

Barra minn hekk, huma mistennija jagħtu d-debutt lill-midfielder offensiv, Kemar Reid, li żgur li ma għandu bżonn tal-ebda in­troduzzjoni fil-football Mal­ti hekk kif fl-ewwel round skorja sitt goals mal-ex team tiegħu Sirens.

Floriana jilqgħu lura lil Aleandro Garcia, Andrei Cio­lacu u Kristian Keqi minn sospensjoni iżda d-difensur Oualid El Hasni huwa sospiż. Min-naħa l-oħra, Nikola Gulan għadu dubjuż għal Balzan.

Mosta v Sta Lucia – Din hija logħba min-naħa t’isfel tal-klassifika b’Mosta u Sta Lucia jfittxu r-rebħa fit-tentattiv li jitbiegħu miż-żona l-ħamra. 

Iż-żewġ timijiet xi ftit jew wisq għandhom l-is­tess mudell hekk kif Mosta rreġistraw l-ewwel rebħa wara seba’ logħbiet meta għelbu lil Balzan 3-2 filwaqt li Sta Lucia ma reb­ħux fl-aħħar seba’ ħarġiet tagħhom … biż-żewġ timijiet jiksbu erba’ punti fil-proċess.

Kull team għandu player sospiż …  Luis Riascos (Mosta) u Patrick Silva Mota (Sta Lucia).

Fl-ewwel round iż-żewġ timijiet temmew fi draw ta’ 2-2. 

Gudja U. v Birkirkara – Bikirkara jiffaċċjaw lil Gudja United li ġejjin minn rebħa ta’ 3-1 fuq Valletta biex għamlu pass kbir lejn is-salvazzjoni. 

Din kienet it-tielet rebħa nfila wara li għelbu wkoll lil Sta Luċija (3-0) u Sliema Wanderers (1-0). 

Min-naħa l-oħra, l-Istripes għelbu lil Gzira Uni­ted (1-0) u issa qed jaqsmu t-tielet post ma’ Hamrun Spar­tans. Peró jekk iridu joħorġu bit-tliet punti jridu jgħollu l-logħba tagħhom. 

Iż-żewġ timijiet se jin­żlu   bl-aqwa formazzjoni pos­­sibbli hekk kif Gudja jilq­għu lura lil Llywleyn Cremona minn sospensjoni… bit-tama li jpattu għat-telfa ta’ 2-0 tal-ewwel round. 

Sirens v Valletta – Sirens jiltaqgħu kontra Valletta fejn iż-żewġ timijiet qed jissieltu li jtemmu mal-ewwel sitta fi tmiem l-ewwel fażi. 

Huma ġejjin minn telfa – Sirens kontra Sliema Wanderers (1-0) u Valletta kontra Gudja United (3-1). 

Il-Beltin ilhom ma jirbħu għal dawn l-aħħar sitt partiti fejn kisbu biss żewġ punti u għaldaqstant iridu jirriorganizzaw lilhom infushom jekk iridu joħorġu bit-tliet punti li jistgħu jkomplu jibnu fuqhom. 

Huma ħatru wkoll lill-coach, Danilo Doncic, li ħa post il-Portugiż Antonio Jose Carlos Mendes. Din hija t-tieni avventura tas-Serb mal-Lilywhites wara li kien fit-tmun fl-2018/19. 

Dan huwa konfront diffiċli għalihom minħabba li se jilagħbu kontra team imprevidibbli. Fil-ġurnata tagħhom, il-Pawlini kapaċi jirbħu lil kulħadd.

Iż-żewġ timijiet għandhom player sospiż – Jacob Walker għal Sirens u Jean Borg għal Valletta li ħarġu rebbieħa 3-1 fl-ewwel round.

Ekonomija

Sport